Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62018CN0555

    Kawża C-555/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Awwissu 2018 – K.H.K. vs B.A.C., E.E.K.

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 14—14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Awwissu 2018 – K.H.K. vs B.A.C., E.E.K.

    (Kawża C-555/18)

    (2018/C 427/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski rayonen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: K.H.K.

    Konvenuti: B.A.C., E.E.K.

    Domandi preliminari

    1.

    Ordni għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu monetarju prevista fl-Artikolu 410 tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili; iktar ’il quddiem il-“GPK”), li ma tkunx għadha daħlet fis-seħħ, tikkostitwixxi strument awtentiku fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (1)?

    2.

    Fil-każ li l-ordni prevista fl-Artikolu 410 tal-GPK ma tikkostitwixxix strument awtentiku, għandhom jinfetħu proċeduri separati fir-rigward tat-talba, li jkunu differenti mill-proċeduri taħt l-Artikolu 410 tal-GPK, fis-sens tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014?

    3.

    Fil-każ li l-ordni prevista fl-Artikolu 410 tal-GPK tikkostitwixxi strument awtentiku, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fit-terminu previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi li t-termini ma jiddekorrux matul il-perijodi ta’ vaganzi ġuridiċi?


    (1)  Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2014, L 189, p. 59).


    Į viršų