Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0427

    Kawża C-427/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17, Alba Aguilera vs SEAE

    ĠU C 341, 24.9.2018, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 341/6


    Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17, Alba Aguilera vs SEAE

    (Kawża C-427/18 P)

    (2018/C 341/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, M. Troncoso Ferrer, abogado, F.-M. Hislaire, avocat, S. Moya Izquierdo, abogada)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Ruben Alba Aguilera, Simone Barenghi, Massimo Bonannini, Antonio Capone, Stéphanie Carette, Alejo Carrasco Garcia, Francisco Carreras Sequeros, Carl Daspect, Nathalie Devos, Jean-Baptiste Fauvel, Paula Cristina Fernandes, Stephan Fox, Birgitte Hagelund, Chantal Hebberecht, Karin Kaup-Laponin, Terhi Lehtinen, Sandrine Marot, David Mogollon, Clara Molera Gui, Daniele Morbin, Charlotte Onraet, Augusto Piccagli, Gary Quince, Pierre-Luc Vanhaeverbeke, Tamara Vleminckx, Birgit Vleugels, Robert Wade, Luca Zampetti

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

    konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17;

    tilqa’ t-talbiet imressqa mis-SEAE fl-ewwel istanza;

    tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-ewwel aggravju tal-appell huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont il-Qorti Ġenerali, din id-dispożizzjoni timponi obbligu tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni (DĠI) konformement mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal li japplika għall-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kollu, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu (punti 30 u 31 tas-sentenza appellata). Issa, il-leġiżlatur espressament ifformula, fl-Anness X, obbligu tal-adozzjoni ta’ DĠI biss fl-Artikolu 3. Għall-kuntrarju, f’dispożizzjonijiet oħrajn, bħat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew l-Artikoli 10 u 21, dan l-istess leġiżlatur ippreveda biss “kondizzjonijiet” jew “regoli dettaljati għall-applikazzjoni” adottati mill-Awtorità tal-Ħatra.

    It-tieni aggravju tal-appell huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 10 tal-Anness X, sa fejn dan jikkostitwixxi dispożizzjoni li tant ma hijiex ċara u preċiża li tagħti lok għal applikazzjoni arbitrarja b’mod li trendi l-adozzjoni ta’ DĠI neċessarja (punti 28 u 29 tas-sentenza appellata). L-appellant iqis li l-Artikolu 10 tal-Anness X jipprovdi qafas legali ddettaljat biżżejjed u li jqiegħed limiti preċiżi fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra.


    Top