Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0309

    Kawża C-309/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Lavorgna Srl vs Comune di Montelanico et

    ĠU C 268, 30.7.2018, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201807130102004042018/C 268/293092018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180507232421

    Kawża C-309/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Lavorgna Srl vs Comune di Montelanico et

    Top

    C2682018MT2310120180507MT0029231242

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Lavorgna Srl vs Comune di Montelanico et

    (Kawża C-309/18)

    2018/C 268/29Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Lavorgna Srl

    Konvenuti: Comune di Montelanico, Comune di Supino, Comune di Sgurgola, Comune di Trivigliano

    Domanda preliminari

    Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, assoċjati mal-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ merkanziji, ta’ libertà tal-istabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, previsti fid-Direttiva 2014/24/UE ( 1 ), jostakolaw l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni Taljana naxxenti mill-qari konġunt tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 95(10) u 83(9) tad-Digriet Leġiżlattiv 50/2016, li skontha n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż tal-manodopera, fl-offerti ekonomiċi ppreżentati fi proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, iwassal fi kwalunkwe każ għall-esklużjoni tal-impriża offerenti mingħajr il-possibbiltà ta’ assistenza fl-istabbilment tal-fajl (“soccorso istruttorio”), anki meta l-obbligu li jiġu indikati dawn l-ispejjeż b’mod separat ma jkunx ġie speċifikat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti, u dan indipendentement mill-fatt li, mill-perpsettiva sostanzjali, l-offerta tkun tosserva l-ispejjeż minimi tal-manodopera, konformement barra minn hekk ma’ dikjarazzjoni speċifika f’dan is-sens mill-impriża offerenti?


    ( 1 ) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

    Top