Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0241

    Kawża C-241/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (l-Italja) fil-5 ta’ April 2018 – EasyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania

    ĠU C 240, 9.7.2018, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806220311970302018/C 240/282412018CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180405252511

    Kawża C-241/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (l-Italja) fil-5 ta’ April 2018 – EasyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania

    Top

    C2402018MT2510120180405MT0028251251

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (l-Italja) fil-5 ta’ April 2018 – EasyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania

    (Kawża C-241/18)

    2018/C 240/28Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria provinciale di Napoli

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: EasyJet Airline Co. Ltd

    Konvenuta: Regione Campania

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 4 u 5 u l-Anness II tad-Direttiva 30/2002/KE ( 1 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni bħal dik li tidher fl-Artikolu 1, paragrafi 169 sa 174, tal-Liġi Nru 5/2013 tar-reġjun ta’ Campania, peress li l-istabbiliment tat-taxxa ma huwiex preċedut minn pjan globali dwar il-miżura li għandha tiġi adottata biex tikkontjeni l-istorbju fl-ajruporti u żoni tal-konfini, fis-sens tal-Artikolu 5 u tal-Anness II tal-imsemmija direttiva?


    ( 1 ) Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96).

    Top