Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0137

    Kawża C-137/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Dresden – il-Ġermanja) – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa minima għall-onorarji tal-inġiniera u tal-periti)

    ĠU C 313, 21.9.2020, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 313/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Dresden – il-Ġermanja) – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

    (Kawża C-137/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa minima għall-onorarji tal-inġiniera u tal-periti)

    (2020/C 313/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Dresden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: hapeg dresedn gmbh

    Konvenuta: Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġislazzjoni nazzjonali li tgħid li huwa pprojbit li jiġu stabbiliti, f’kuntratti konklużi ma’ periti u ma’ inġiniera, tariffi iktar baxxi mill-ammonti minimi ddeterminati skont il-lista ta’ onorarji tal-periti u tal-inġiniera prevista minn din il-leġiżlazzjoni.


    (1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


    Top