EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0810

Kawża C-810/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave – is-Slovakkja) – DHL Logistics (Slovakia) spol. s r. o. vs Finančné riaditeľstvo SR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) Nru 2658/87 – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Subintestatura 8525 80 91 – Kameras diġitali – Vidjo kameras li jirrekordjaw – Vidjo kamera diġitali li tista’ tieħu u tirrekordja immaġni fissi u sekwenzi ta’ vidjo ta’ kwalità tar-riżoluzzjoni inferjuri għal 800 x 600 pixel)

ĠU C 240, 20.7.2020, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave – is-Slovakkja) – DHL Logistics (Slovakia) spol. s r. o. vs Finančné riaditeľstvo SR

(Kawża C-810/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 8525 80 91 - Kameras diġitali - Vidjo kameras li jirrekordjaw - Vidjo kamera diġitali li tista’ tieħu u tirrekordja immaġni fissi u sekwenzi ta’ vidjo ta’ kwalità tar-riżoluzzjoni inferjuri għal 800 x 600 pixel)

(2020/C 240/18)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Trnave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Logistics (Slovakia) spol. s r. o.

Konvenuta: Finančné riaditeľstvo SR

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010, bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011, u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li vidjo kameras diġitali li għandhom funzjoni doppja, jiġifieri jieħdu u jirrekordjaw kemm immaġni fissi kif ukoll sekwenzi ta’ vidjo, minkejja li, għal dak li jirrigwarda s-sekwenzi tal-vidjo dawn il-kameras jippermettu biss li tali sekwenzi jittieħdu u jiġu rrekordjati permezz ta’ kwalità ta’ riżoluzzjoni tal-immaġni inferjuri għal 800 x 600 pixels, jaqgħu taħt is-subintestatura 8525 80 91 tan-NM bħala “vidjowkameras li jirrekordjaw”, peress li l-funzjoni prinċipali ta’ dawn il-vidjo kameras diġitali hija li jieħdu u jirrekordjaw tali sekwenzi, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


Top