Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0796

    Kawża C-796/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf- il-Germanja) – Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH vs Stadt Köln (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) – Artikolu 12(4) – Artikolu 18(1) – Kunċett ta’ “kuntratt bi ħlas” – Kuntratt bejn żewġ awtoritajiet kontraenti li jsegwu għan komuni ta’ interess pubbliku – Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer intiż għal koordinazzjoni tal-interventi tal-korpi tat-tifi tan-nar – Assenza ta’ korrispettiv pekunjarju – Rabta ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprevedi t-tqegħid għad-dispożizzjoni reċiproka u mingħajr ħlas ta’ moduli addizzjonali ta’ dan is-softwer – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Projbizzjoni li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha)

    ĠU C 255, 3.8.2020, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf- il-Germanja) – Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH vs Stadt Köln

    (Kawża C-796/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) - Artikolu 12(4) - Artikolu 18(1) - Kunċett ta’ “kuntratt bi ħlas” - Kuntratt bejn żewġ awtoritajiet kontraenti li jsegwu għan komuni ta’ interess pubbliku - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer intiż għal koordinazzjoni tal-interventi tal-korpi tat-tifi tan-nar - Assenza ta’ korrispettiv pekunjarju - Rabta ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li jipprevedi t-tqegħid għad-dispożizzjoni reċiproka u mingħajr ħlas ta’ moduli addizzjonali ta’ dan is-softwer - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha)

    (2020/C 255/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH

    Konvenut: Stadt Köln

    fil-preżenza ta’: Land Berlin

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li ftehim li, minn naħa, jipprevedi li awtorità kontraenti tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità kontraenti oħra softwer mingħajr ħlas u, min-naħa l-oħra, huwa marbut ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni li abbażi tiegħu kull parti għal dan il-ftehim hija obbligata li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità kontraenti oħra mingħajr ħlas l-iżviluppi futuri ta’ dan is-softwer li hija tista’ tikkonċepixxi, jikkostitwixxi “kuntratt pubbliku”, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, meta jirriżulta kemm mill-kliem ta’ dawn il-ftehimiet kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li l-imsemmi softwer huwa bħala prinċipju s-suġġett ta’ adattamenti.

    2)

    L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti tista’ tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva meta l-imsemmija kooperazzjoni tirrigwarda attivitajiet aċċessorji għas-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti, anki individwalment, minn kull parti għal din il-kooperazzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet aċċessorji jikkontribwixxu għat-twettiq effettiv tal-imsemmija servizzi pubbliċi.

    3)

    L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-premessa 33 u mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma għandux ikollha l-effett, konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li impriża privata titqiegħed f’sitwazzjoni privileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħha.


    (1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


    Top