Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0720

    Kawżi C-720/18 u C-721/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Ferrari S.p.A. vs DU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 12(1) – Użu ġenwin ta’ trade mark – Oneru tal-prova – Artikolu 13 – Prova tal-użu “fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi” – Trade mark li tindika mudell ta’ vetturi li l-produzzjoni tagħha twaqqfet – Użu tat-trade mark għall-biċċiet li jinqalgħu kif ukoll għas-servizzi relatati ma’ dan il-mudell – Użu tat-trade mark għal vetturi użati – Artikolu 351 TFUE – Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Svizzera – Protezzjoni reċiproka tal-privattivi, disinni, mudelli u trade marks)

    ĠU C 433, 14.12.2020, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 433/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Ferrari S.p.A. vs DU

    (Kawżi C-720/18 u C-721/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 12(1) - Użu ġenwin ta’ trade mark - Oneru tal-prova - Artikolu 13 - Prova tal-użu “fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi” - Trade mark li tindika mudell ta’ vetturi li l-produzzjoni tagħha twaqqfet - Użu tat-trade mark għall-biċċiet li jinqalgħu kif ukoll għas-servizzi relatati ma’ dan il-mudell - Użu tat-trade mark għal vetturi użati - Artikolu 351 TFUE - Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Svizzera - Protezzjoni reċiproka tal-privattivi, disinni, mudelli u trade marks)

    (2020/C 433/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ferrari S.p.A.

    Konvenut: DU

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark irreġistrata għal kategorija ta’ prodotti u ta’ biċċiet li jinqalgħu li jikkomponuhom għandha tiġi kkunsidrata bħala li kienet is-suġġett ta’ “użu ġenwin” biss, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 12(1), għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt din il-kategorija u l-partijiet li jinqalgħu mill-komponenti, jekk hija kienet is-suġġett ta’ tali użu biss għal xi wħud minn dawn il-prodotti, bħall-vetturi sportivi lussużi li jiswew il-flus, jew biss għall-partijiet li jinqalgħu jew l-aċċessorji li jikkomponu uħud mill-imsemmija prodotti, sakemm ma joħroġx mill-fatti u l-evidenza rilevanti li l-konsumatur li jixtieq jakkwista l-istess prodotti jipperċepixxihom bħala li jikkostitwixxu subkategorija awtonoma tal-kategorija ta’ prodotti li għaliha ġiet irreġistrata t-trade mark kkonċernata.

    2)

    L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li trade mark tista’ tkun is-suġġett ta’ użu ġenwin mill-proprjetarju tagħha, waqt il-bejgħ mill-ġdid, minnu, ta’ prodotti użati, imqiegħda fis-suq taħt din it-trade mark.

    3)

    L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li trade mark tkun is-suġġett ta’ użu ġenwin mill-proprjetarju tagħha meta dan jipprovdi ċerti servizzi relatati mal-prodotti kkummerċjalizzati preċedentement taħt din it-trade mark, bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jiġu pprovduti taħt l-imsemmija trade mark.

    4)

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti ta’ Stat Membru li tapplika konvenzjoni konkluża bejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u Stat terz qabel l-1 ta’ Jannar 1958 jew, għall-Istati li jaderixxu mal-Unjoni, qabel id-data tal-adeżjoni tagħhom, bħalma hija l-Konvenzjoni bejn l-Isvizzera u l-Ġermanja dwar il-protezzjoni reċiproka tal-brevetti, trade marks u disinni, iffirmata f’Berlin fit-13 ta’ April 1892, kif emendata, li tipprovdi li l-użu ta’ trade mark irreġistrata f’dan l-Istat Membru fit-territorju ta’ dan l-Istat terz għandu jiġi kkunsidrat biex jiġi ddeterminat jekk dik it-trade mark kinitx is-suġġett ta’ “użu ġenwin”, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95, waqt li qed tistenna wieħed mill-mezzi msemmija fit-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni biex telimina kull inkompatibbiltà bejn it-Trattat FUE u din il-konvenzjoni.

    5)

    L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-oneru tal-prova tal-fatt li trade mark kienet is-suġġett ta’ “użu ġenwin”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jaqa’ fuq il-proprjetarju ta’ din it-trade mark.


    (1)  ĠU C 54, 11.02.2019.


    Top