This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0684
Case C-684/18: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 28 May 2020 (request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Bucureşti — Romania) — World Comm Trading Gfz SRL v Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 90 — Articles 184 to 186 — Principle of neutrality of VAT — Adjustment of the initial tax deduction — Discounts granted for intra-Community and internal supplies of good)
Kawża C-684/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – World Comm Trading Gfz SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Artikoli 184 sa 186 – Prinċipju ta’ Newtralità tal-VAT – Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa li twettqet inizjalment – Roħs fil-prezzijiet mogħti għall-kunsinni ġewwa l-Komunità u domestiċi tal-oġġetti)

ĠU C 255, 3.8.2020, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – World Comm Trading Gfz SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti
(Kawża C-684/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Artikoli 184 sa 186 - Prinċipju ta’ Newtralità tal-VAT - Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa li twettqet inizjalment - Roħs fil-prezzijiet mogħti għall-kunsinni ġewwa l-Komunità u domestiċi tal-oġġetti)
(2020/C 255/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: World Comm Trading Gfz SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali għandhom jimponu fuq persuna taxxabbli aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li twettaq inizjalment, meta, wara l-ksib minnha tar-roħs fil-prezzijiet għall-kunsinni interni ta’ oġġetti, dawn l-awtoritajiet jikkunsidraw li t-tnaqqis li twettaq inizjalment kien iktar minn dak li din il-persuna taxxabbli kienet fid-dritt li twettaq. |
2) |
L-Artikolu 185 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li aġġustament ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li twettaq inizjalment jiġi impost fir-rigward ta’ persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru, anke meta l-fornitur ta’ din il-persuna taxxabbli waqqaf l-attivitajiet tiegħu f’dan l-Istat Membru u li l-imsemmi fornitur ma jistax iżjed, minħabba dan il-fatt, jitlob il-ħlas lura ta’ parti tal-VAT li huwa ħallas. |