Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0628

    Kawża C-628/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Suq tal-istrumenti finanzjarji – Direttivi 2014/65/UE u (UE) 2016/1034 – Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Talba għal kundanna għall-pagament ta’ somma f’daqqa)

    ĠU C 72, 1.3.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovenja

    (Kawża C-628/18) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Suq tal-istrumenti finanzjarji - Direttivi 2014/65/UE u (UE) 2016/1034 - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-pagament ta’ somma f’daqqa)

    (2021/C 72/02)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, G. von Rintelen u B. Rous Demiri, aġenti)

    Konvenut: Ir-Repubblika Slovena (rappreżentanti: Mihelič Žitko, A. Dežman Mušič u N. Pintar Gosenca, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: S. Eisenberg, aġent), Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx, l-iktar tard sad-data fl-opinjoni motivata, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi neċessarji biex tikkonforma mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2016, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 93 tad-Direttiva 2014/65/UE kif emendata mid-Direttiva 2016/1034.

    2)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa li tammonta għal EUR 750 000.

    3)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


    Top