EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0621

Kawża C-621/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tal-10 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh – ir-Renju Unit) – Andy Wightman et vs Secretary of State for Exiting the European Union (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 50 TUE — Notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea — Konsegwenzi tan-notifika — Dritt ta’ revoka unilaterali tan-notifika — Kundizzjonijiet)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tal-10 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh – ir-Renju Unit) – Andy Wightman et vs Secretary of State for Exiting the European Union

(Kawża C-621/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 50 TUE - Notifika minn Stat Membru tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea - Konsegwenzi tan-notifika - Dritt ta’ revoka unilaterali tan-notifika - Kundizzjonijiet))

(2019/C 65/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (Scotland), Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andy Wightman, Ross Greer, Alyn Smith, David Martin, Catherine Stihler, Jolyon Maugham, Joanna Cherry

Konvenut: Secretary of State for Exiting the European Union

fil-preżenza ta’: Chris Leslie, Tom Brake

Dispożittiv

L-Artikolu 50 TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew, konformement ma’ dan l-artikolu, l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, l-imsemmi artikolu jippermetti lil dan l-Istat Membru, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż bejn l-imsemmi Stat Membru u l-Unjoni Ewropea jew, fl-assenza ta’ tali ftehim, sakemm it-terminu ta’ sentejn previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu, kif eventwalment estiż konformement ma’ dan il-paragrafu, ma jkunx skada, jirrevoka unilateralment, b’mod inekwivoku u inkundizzjonat, din in-notifika billi jikkomunika din ir-revoka bil-miktub lill-Kunsill Ewropew, wara li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa d-deċiżjoni ta’ revoka konformement mal-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu. L-għan ta’ tali revoka jkun il-konferma tas-sħubija ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea mingħajr ebda bidla fir-rigward tal-istatus tiegħu bħala Stat Membru, u din ir-revoka ttemm il-proċedura ta’ ħruġ.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


Top