Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0249

    Kawża C-249/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs CEVA Freight Holland BV (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali — Dikjarazzjoni doganali — Indikazzjoni żbaljata tas-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda — Avviż ta’ irkupru — Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni — Emenda tal-valur tal-merkanzija — Artikolu 221 tal-imsemmi kodiċi — Terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għad-dritt ta’ rkupru tad-dejn doganali — Interruzzjoni)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs CEVA Freight Holland BV

    (Kawża C-249/18) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjoni doganali - Indikazzjoni żbaljata tas-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda - Avviż ta’ irkupru - Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni - Emenda tal-valur tal-merkanzija - Artikolu 221 tal-imsemmi kodiċi - Terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għad-dritt ta’ rkupru tad-dejn doganali - Interruzzjoni)

    (2019/C 305/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: CEVA Freight Holland BV

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat birRegolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li, meta d-dikjarant ikollu d-dritt li jagħżel il-prezz ta’ merkanzija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża bħala l-bażi ta’ valutazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur doganali tagħhom, u li jirriżulta minn kontroll a posteriori li d-dikjarazzjoni doganali li għamel ikun fiha żball ta’ klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija kkonċernata li jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ dazju doganali ogħla, huwa jista’ jitlob, abbażi tal-Artikolu 78, ir-reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni sabiex jikseb is-sostituzzjoni tal-prezz inizjalment indikat bi prezz ta’ tranżazzjoni iktar baxx sabiex jikseb it-tnaqqis tal-ammont tad-dejn doganali tiegħu.

    2)

    L-Artikolu 221(1) u (3) tar-Regolament Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li huma l-Istati Membri li jiddeterminaw, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza, id-data li fiha għandha ssir il-komunikazzjoni lid-debitur dwar l-ammont ta’ dazji sabiex jiġi interrott it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li meta jiskadi jintemm id-dejn doganali.


    (1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


    Top