EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0242

Kawża C-242/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — “UniCredit Leasing” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Valur taxxabbli — Tnaqqis — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Kuntratt ta’ leasing finanzjarju xolt minħabba nuqqas ta’ pagament tal-iskadenzi — Avviż ta’ reviżjoni — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Provvista ta’ oġġetti mwettqa bi ħlas — Pagament ta’ “kumpens” ta’ xoljiment sat-tmiem tal-kuntratt — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — “UniCredit Leasing” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP)

(Kawża C-242/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Kuntratt ta’ leasing finanzjarju xolt minħabba nuqqas ta’ pagament tal-iskadenzi - Avviż ta’ reviżjoni - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Provvista ta’ oġġetti mwettqa bi ħlas - Pagament ta’ “kumpens” ta’ xoljiment sat-tmiem tal-kuntratt - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2019/C 305/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“UniCredit Leasing” EAD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju, tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikkalkulat fuq il-bażi ta’ rata fissa permezz ta’ avviż ta’ reviżjoni fuq il-kirjiet kollha dovuti tul il-perijodu sħiħ tal-kuntratt, meta dan l-avviż ta’ reviżjoni jkun daħal fis-seħħ u għalhekk jikkostitwixxi “att amministrattiv stabbli” li jikkonstata dejn fiskali b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-assenza ta’ pagament ta’ parti mill-kirjiet dovuti taħt kuntratt ta’ leasing finanzjarju għall-perijodu bejn il-waqfien tal-pagamenti u x-xoljiment mhux retroattiv tal-kuntratt, minn naħa, u l-assenza ta’ pagament ta’ kumpens dovut fil-każ ta’ xoljiment qabel iż-żmien tal-kuntratt u li jikkorrispondi għas-somma tal-kirjiet kollha mhux imħallsa sat-tmiem ta’ dan il-kuntratt, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu każ ta’ nuqqas ta’ pagament li jista’ jiġi kopert mid-deroga mill-obbligu ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, sakemm il-persuna taxxabbli ma tipprovax probabbiltà raġonevoli li d-dejn ma huwiex ser jitħallas, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


Top