Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0210

    Kawża C-210/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schienen-Control Kommission — l-Awstrija) — WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Żona ferrovjarja unika Ewropea — Direttiva 2012/34/UE — Artikolu 3 — Kunċett ta’ ‘infrastruttura ferrovjarja” — Anness II — Provvisti minimi — Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri)

    ĠU C 305, 9.9.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schienen-Control Kommission — l-Awstrija) — WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

    (Kawża C-210/18) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Żona ferrovjarja unika Ewropea - Direttiva 2012/34/UE - Artikolu 3 - Kunċett ta’ ‘infrastruttura ferrovjarja” - Anness II - Provvisti minimi - Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri)

    (2019/C 305/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Schienen-Control Kommission

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: WESTbahn Management GmbH

    Konvenuta: ÖBB-Infrastruktur AG

    Dispożittiv

    L-Anness II tad-Direttiva 2012/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li l-“pjattaformi għall-passiġġieri”, imsemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva, huma parti mill-infrastruttura ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II.


    (1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


    Top