Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0051

    Kawża C-51/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1) — Prattika amministrattiva li tikkonsisti f’li jissuġġettaw għall-VAT ir-remunerazzjoni dovuta fuq il-bażi tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lill-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti”

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    (Kawża C-51/18) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1) - Prattika amministrattiva li tikkonsisti f’li jissuġġettaw għall-VAT ir-remunerazzjoni dovuta fuq il-bażi tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lill-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti”)

    (2019/C 65/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Gossement u B.-R. Killmann, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Sa fejn ipprevediet li r-remunerazzjoni dovuta fuq il-bażi tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lill-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 112, 26.03.2018


    Top