This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0662
Case T-662/17: Action brought on 28 September 2017 — Link Flexible and Others v SRB
Kawża T-662/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB
Kawża T-662/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB
ĠU C 424, 11.12.2017, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/44 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Link Flexible et vs SRB
(Kawża T-662/17)
(2017/C 424/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Link Flexible Sicav, SA (Madrid, Spanja) u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE; |
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-ammont eżatt tiegħu jiġi ddeterminat ladarba l-informazzjoni kollha mitluba tiġi pprovduta u, b’mod partikolari, ir-rapport provviżorju maħruġ minn Deloitte u dawk magħmula minn esperti indipendenti skont ir-Regolament UE 806/2014, li nitolbu li ningħataw aċċess għalihom. |
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.