This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0524
Case T-524/17: Action brought on 7 August 2017 — Folch Torrela and Others v SRB
Kawża T-524/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB
Kawża T-524/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB
ĠU C 357, 23.10.2017, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/21 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Folch Torrela et vs SRB
(Kawża T-524/17)
(2017/C 357/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ángel Folch Torrela (Terrassa, Spanja) u tnejn u erbgħin rikorrent ieħor (rappreżentanti: V. Clavell Hernández, C. de Santiago Álvarez u J. Redondo Martín, avukati)
Konvenuti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
— |
tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-SRB bl-adozzjoni tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 li ġiet adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni finanzjarja Banco Popular Español S.A.; |
— |
tannulla, konsegwentement, dan l-att, kif ukoll l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti li l-SRB ikun seta’ adotta, li kollha għandhom effetti ex tunc. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.