EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0443

Kawża T-443/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-443/17)

(2017/C 293/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhia, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugall) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tgħaddi minnufih lis-Segretarju tal-Kummissjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal l-ismijiet tal-bastimenti b’liċenzja Portugiża SANTA ISABEL u CALVÃO, li sa mill-1 ta’ Lulju 2017 qed tippreveniha milli topera fiż-żoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, sabiex tistad għar-redfish u għall-gambli, u dan bi ksur tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1236/2010 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1236/2010 billi interferiet fil-proċess ta’ abbozzar jew ta’ komunikazzjoni tal-lista ta’ bastimenti mfassla mill-Portugall għat-trażmissjoni lis-Segretarju tal-Kummissjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal. Il-konvenuta ma hijiex intitolata tikkummenta fuq, temenda, tagħmel rakkomandazzjonijiet rigward, tevalwa, tiċħad, tħejji jew tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri fir-rigward ta’ dawn il-listi.


(1)  Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU 2010, L 348, p. 17).


Top