Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0387

    Kawża T-387/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun bi trufijiet)

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/40


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2017 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun bi trufijiet)

    (Kawża T-387/17)

    (2017/C 256/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Triggerball GmbH (Baiern-Piusheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Emrich, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (forma ta’ ballun bi trufijiet) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 528 615

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 376/2017-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top