EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0337

Kawża T-337/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2017 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2017 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/17)

(2017/C 256/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla fl-intier tagħha, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C (2017) 1742 finali tad-17 ta’ Marzu 2017 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru, Każ COMP/39258 – Trasport tal-merkanzija bl-ajru, sa fejn tikkonċerna lil Air France-KLM kif ukoll il-motivi li huma l-bażi tad-dispożittiv tagħha, abbażi tal-ewwel motiv tagħha;

sussidjarjament, jekk il-qorti ġenerali ma tiddeċidiex l-annullament sħiħ tad-Deċiżjoni Nru (2017) 1742 finali abbażi tal-ewwel motiv tagħha:

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, Artikolu 1(b), Artikolu 2(b) u Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, fis-sens li l-konstatazzjoni tal-ksur uniku u kontinwu imputat lil Air France-KLM huwa bbażat fuq il-provi prodotti minn Lufthansa fil-kuntest ta’ talba għal immunità skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2002 dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis tal-ammonti tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji, u r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 3 (b) u (d) tad-deċiżjoni billi jimponi fuq Air France-KLM żewġ multi f’ammont totali ta’ EUR 307 360 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u konsegwentement tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammonti ta’ dawn il-multi, konformement mat-tieni motiv tagħha;

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, Artikolu 1(b), Artikolu 2(b) u Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, fis-sens li jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tal-ksur uniku u kontinwu imputat lil Air France-KLM kumpanniji tal-ajru msemmija fil-motivi tad-deċiżjoni bħala li kienu involuti fil-prattiki dwar dan il-ksur, u r-raġunijiet li huma bbażati fuqhom dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 3 (b) u (d) tad-deċiżjoni billi jimponi fuq Air France-KLM żewġ multi f’ammont totali ta’ EUR 307 360 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u konsegwentement tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammonti ta’ dawn il-multi, konformement mat-tielet motiv tagħha;

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, Artikolu 1(b), Artikolu 2(b) u Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, fis-sens li tikkonstata li l-ksur uniku u kontinwu imputat fuq Air France-KLM jinkludi s-servizzi ta’ ġarr deħlin fiż-ŻEE (traffiku inbound f’ŻEE), u r-raġunijiet li huma bbażati fuqhom dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 3 (b) u (d) tad-deċiżjoni billi jimponi fuq Air France-KLM żewġ multi f’ammont totali ta’ EUR 307 360 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u konsegwentement tnaqqas, l-ammonti ta’ dawn il-multi, konformement mar-raba’ motiv tagħha;

sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix l-annullament tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali abbażi tat-tieni, it-tielet jew ir-raba’ motivi:

tannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, Artikolu 1(b), Artikolu 2(b) u Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, fis-sens li dawk id-dispożizzjonijiet jirrifjutaw li jikkummissjonaw lit-trasportaturi tal-merkanzija jikkostitwixxi element separat tal-ksur uniku u kontinwu imputat fuq Air France-KLM, u r-raġunijiet li huma bbażati fuqhom dawk id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 3(b) u (d) tad-deċiżjoni billi jimponi fuq Air France-KLM żewġ multi f’ammont totali ta’ EUR 307 360 000, u l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, u konsegwentement tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, l-ammonti ta’ dawn il-multi, konformement mal-ħames motiv;

b’mod dejjem iktar sussidjarju, jekk il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix l-annullament tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 abbażi tal-ħames motiv:

tannulla l-artikolu 3(b) u(d) tad-Deċiżjoni Nru C(2017) 1742 finali, fis-sens li jimputa lil Air France-KLM żewġ multi fl-ammont totali ta’ EUR 307 360 000, minħanna li l-kalkolu ta’ dawn il-multi jintegra t-tariffi u 50 % tad-dħul li jidħol fiż-ŻEE (dħul inbound ŻEE) tal-kumpannija Air France u ta’ KLM (konformement mas-sitt motiv), iqis b’mod eżaġerat il-gravità tal-ksur imputat lil Air France-KLM (konformement mas-seba’ motiv), jirriżulta minn tul żbaljat tal-ksur kontra l-kumpannija Air France (konformement mat-tmien motiv) u japplika tnaqqis ta’ multa insuffiċjenti fir-rigward tas-sistemi regolatorji (konformement mas-seba’ motiv), kif ukoll ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati dawn id-dispożizzjonijiet, u tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, dawn il-multi għal ammont xieraq;

fi kawlunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-imputazzjoni żbaljata lil Air France-KLM tar-responsabbiltà tal-prattiki ta’ Air France u ta’ KLM. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, hija bbażata fuq l-imputazzjoni żbljat lil Air France-KLM tar-responsabbiltà ta’ prattiki ta’ Air France mill-15 ta’ Settembru 2004 u ta’ dik ta’ KLM mill-5 ta’ Mejju 2004;

It-tieni parti, hija bbażata fuq l-imputazzjoni żbaljata lil Air France-KLM tar-responsabbiltà ta’ prattiki ta’ Air France bejn is-7 ta’ Diċembru 1999 u l-15 ta’ Settembru 2004;

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza tal-2002 u tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bejn Air France-KLM u Lufthansa li jaffetwaw l-ammissibbiltà tad-dokumenti prodotti fil-kuntest tat-talba ta’ immunità ta’ Lufthansa;

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni kontra l-indħil arbitrarju tal-Kummissjoni minħabba l-fatt tal-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji tal-ajru li ħadu sehem fil-prattiki. Dan il-motiv huwa magħmul minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti, hija bbażata fuq l-argument skont liema l-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji li ħadu sehem fil-prattiki ġiet ivvizjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni;

It-tieni parti, hija bbażata fuq l-argument skont liema l-esklużjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-kumpanniji li ħadu sehem fil-prattiki kienet ivvizzjata minn ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoi u tal-prinċipju ta’ protezzjoni kontra l-indħil arbitrarju tal-Kummissjoni;

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-integrazzjoni tat-traffiku inbound fiż-ŻEE fil-ksur uniku u kontinwu li tmur kontra r-regoli li jillimitaw il-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, hija bbażata fuq il-fatt li l-prattiki dwar it-traffiku inbound fiż-ŻEE ma kinux implementati fi ħdan iż-ŻEE;

It-tieni parti: il-Kummissjoni ma stabbilixxietx l-eżistenza tal-effetti kklassifikati fiż-ŻEE marbuta mal-prattiki dwar it-traffiku inbound fiż-ŻEE;

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-kontradizzjoni tal-motivi u tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw il-konstatazzjoni skont liema r-rifjut tal-ikkummissjonar tat-trasportaturi tal-merkanzija jikkostitwixxi element separat talksur uniku u kontinwu. Dan il-motiv huwa magħmul inn żewġ partijiet:

L-ewwel parti skont liema l-imsemmija konstatazzjoni hija vvizzjata minn kontradizzjoni ta’ motivi;

It-tieni parti skont liema l-imsemmija konstatazzjoni hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni;

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq in-natura żbaljata tal-valuri ta’ bejgħ meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa imputata lil Air France-KLM u li jinqasam f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti hija bbażata fuq il-fatt li l-integrazzjoni tat-tariffi fil-valuri ta’ bejgħ abbażi ta’ kontradizzjoni tal-motivi, diversi żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni;

It-tieni parti hija bbażata fuq il-fatt li l-integrazzjoni ta’ 50 % tad-dħul inbound fiż-ŻEE fil-valuri tal-bejgħ imur kontra l-linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 u tal-prinċipju tan- non bis in idem;

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni zbaljata tal-gravità tal-ksur u huwa magħmul minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti hija bbażata fuq l-argument skont liema l-evalwazzjoni eżaġerata tal-gravità tal-prattiki abbażi ta’ diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità tal-pieni u ta’ ugwaljanza fit-trattament;

It-tieni parti hija bbażata fuq l-argument skont liema l-evalwazzjoni eżaġerata fuq il-gravità tal-prattiki tirriżulta mill-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ksur tal-kuntatti dwar il-prattiki implementati barra miż-ŻEE bi ksur tar-regoli ta’ kompetenza territorjali tal-Kummissjoni;

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq in-natura żbaljata tal-kalkolu tat-tul tal-ksur imputat lil Air France u t-teħid inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa imputata lil Air France-KLM;

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq il-motivazzjoni u tal-insuffiċjenza tat-tnaqqis ta’ 15 % mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistemi regolatorji.


Top