EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0320

Kawża T-320/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki v EIF

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/31


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2017 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki v EIF

(Kawża T-320/17)

(2017/C 256/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u C-N. Dede, avukati)

Konvenut: Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-għoti tal-konvenut li ġie irrilevata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Marzu 2017 dwar offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti (referenza 2016-MIBO_IPA_PPI-002) li permezz tagħha ġew informati li l-offerta tagħhom ma kinitx ġiet ikklassifikata bħala l-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 100 000 (mitt elf ewro) lir-rikorrenti bħala danni eżemplari; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż legali u spejjeż oħra sostnuti mir-rikorrenti inkonnessjoni ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, li huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser id-dritt tal-UE dwar il-kuntratti pubbliċi, il-prinċipji ta’ trasparenza u d-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi, flimkien mal-Gwida Prattika FEI, billi ma kkomunikax lir-rikorrenti il-punteġġi mogħtija f’kull kriterju tal-għoti lill-offerta rebbieħa u analiżi ddettaljat tal-aspetti qawwija u dawk dgħajjfa tal-offerta tagħhom inkonnessjoni ma’ dawk tal-offerta rebbieħa. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-konvenut aġixxa bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi kiser id-drittijiet tar-rikorrenti għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni kkontestata.


Top