This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0274
Case T-274/17: Action brought on 10 May 2017 — Monster Energy v EUIPO — Bösel (MONSTER DIP)
Kawża T-274/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)
Kawża T-274/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)
ĠU C 221, 10.7.2017, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/36 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)
(Kawża T-274/17)
(2017/C 221/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Bösel (Bad Fallingbostel, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “MONSTER DIP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 118 211
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar fil-Każ R 1062/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-19 ta’ April 2016 fl-oppożizzjoni B 2433681; |
— |
tiċħad it-trade mark opposta għall-prodotti u għas-servizzi kollha; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 |