EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0167

Kawża T-167/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – RV vs Il-Kummissjoni

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/56


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – RV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/17)

(2017/C 144/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RV (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. De Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ HR, tal-21 ta’ Diċembru 2016, li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c(5) tar-Regolamenti tal-Persunal u li mill-1 ta’ April 2017 tqiegħdu ex officio fuq pensjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tal-illegalità ta’ delega mingħajr restrizzjonijiet tas-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tallega wkoll ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn dan jikser il-premessi tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013 L 287, p. 15) u, b’mod partikolari l-possibbiltà li uffiċjal jaħdem faċilment sa 67 sena, jew, eċċezzjonalment, sa 70 sena.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ dmir ta’ premura. Huwa wkoll ibbażat fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.


Top