EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0164

Kawża T-164/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2017 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/55


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2017 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK)

(Kawża T-164/17)

(2017/C 144/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja), Star Fruits Diffusion (Caderousse, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pink Lady America (Yakima, Washington, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “WILD PINK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 701 216

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 87/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-drittijiet tad-difiża;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 296 TFUE,

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u/jew tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top