Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0135

    Kawża T-135/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Scor vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/50


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Scor vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-135/17)

    (2017/C 144/69)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Baverez, N. Autet, M. Béas u G. Marson, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-punt “(i) garanzija illimitata mogħtija lill-Caisse Centrale de Réassurance (CCR) għall-attività tagħha ta’ riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali fi Franza” tad-Deċiżjoni ta’ għajnuna mill-Istat SA.37649 (2013/CP); SA.45860 (2016/PN); SA.45860 (2016/N) – Franza fid-data tas-26 ta’ Settembru 2016, C(2016) 5995 finali;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq bażi legali żbaljata għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-garanzija mogħtija lill- Caisse Centrale de Réassurance.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq diversi nuqqasijiet ta’ motivazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:

    l-ewwel parti, ibbażata fuq żbalji relatati mal-applikazzjoni tal-istħarriġ ta’ proporzjonalità;

    it-tieni parti, ibbażata fuq in-natura sproporzjonata tal-garanzija.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.


    Top