Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0059

    Kawża T-59/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 – L vs Il-Parlament

    ĠU C 221, 10.7.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/29


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 – L vs Il-Parlament

    (Kawża T-59/17)

    (2017/C 221/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, lawyer)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li permezz tagħha tkeċċa r-rikorrent, li għandha d-data tal-24 ta’ Ġunju 2016 u li r-rikorrent irċieva fil-25 ta’ Lulju 2016;

    tordna lill-Parlament iħallas danni mhux pekunjarji ta’ EUR 100 000; u

    tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż legali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ informatur kif iddefiniti fl-Artikolu 22(a) u (b) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament intern.

    2.

    It-tieni motiv: assenza ta’ motivazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    5.

    Il-ħames motiv: ksur tad-dmir ta’ premura.

    6.

    Is-sitt motiv: assenza ta’ tweġiba mill-Parlament għat-talba tar-rikorrent għal assistenza, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tad-dritt għal konċiljazzjoni.

    7.

    Is-seba’ motiv: ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.

    8.

    It-tmien motiv: użu ħażin ta’ poter.


    Top