Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0782

Kawża T-782/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2023 – Wuxi Saijing Solar vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C, C/2023/335, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/335/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/335/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/335

30.10.2023

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2023 – Wuxi Saijing Solar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/17) (1)

(“Dumping - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(C/2023/335)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wuxi Saijing Solar Co. Ltd (Yixing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: Y. Melin u I. Fressynet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Kraftpojkarna AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: O. Kullinger u Y. Melin, avukati)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1524 tal-5 ta’ Settembru 2017 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU 2017, L 230, p. 11), sa fejn dan jikkonċernaha.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

4)

Kraftpojkarna AB għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 42, 5.2.2018.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/335/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top