Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0739

    Kawża T-739/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Euracoal et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2010/75/UE — Konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/37


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Euracoal et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-739/17) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2010/75/UE - Konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”))

    (2019/C 65/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju), Deutscher Braunkohlen-Industrie-Verein eV (Cologne, il-Ġermanja), Lausitz Energie Kraftwerke AG (Cottbus, il-Ġermanja), Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), eins energie in sachsen GmbH & Co. KG (Chemnitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker u K. Petersen, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 tal-Kummissjoni, tal-31 ta’ Lulju 2017, li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi disponibbli (MTD), taħt id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2017, L 212, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ Polska Grupa Energetyczna S.A. (PGE), tar-Repubblika Franċiża, ta’ Elektrárny Opatovice, a.s., u Saale Energie GmbH, ta’ Sev.en EC, a.s., ta’ Freistaat Sachsen, ta’ Elektrárna Počerady, a.s., tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ Client Earth.

    3)

    Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal), Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH u eins energie in sachsen GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, ħlief dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

    4)

    Euracoal, Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein, Lausitz Energie Kraftwerke, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft, eins energie in sachsen, il-Kummissjoni, PGE, ir-Repubblika Franċiża, Elektrárny Opatovice u Saale Energie, Sev.en EC, Freistaat Sachsen, Elektrárna Počerady, EEB u Client Earth għandhom kollha jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 5 tat-8-1-2018.


    Top