This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TB0527
Case T-527/17: Order of the General Court of 22 January 2025 – Waisman and Others v SRB (Action for annulment and for damages – Economic and monetary policy – Single resolution mechanism for credit institutions and certain investment firms – Resolution scheme in respect of Banco Popular Español – Act not open to challenge – Manifest inadmissibility)
Kawża T-527/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2025 – Waisman et vs SRB (Rikors għal annullament u għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà manifesta)
Kawża T-527/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2025 – Waisman et vs SRB (Rikors għal annullament u għad-danni – Politika ekonomika u monetarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà manifesta)
ĠU C, C/2025/2075, 14.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2075/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2075 |
14.4.2025 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2025 – Waisman et vs SRB
(Kawża T-527/17) (1)
(Rikors għal annullament u għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment - Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta)
(C/2025/2075)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Alejandro Claudio Waisman (Buenos Aires, l-Argentina) u l-157 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: J. De Castro Martín, M. Azpitarte Sánchez u J. Ruiz de Villa Jubany, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni (rappreżentanti: H. Ehlers, M. Fernández Rupérez, A. Lapresta Bienz u J. Rius Riu, aġenti, assistiti minn B. Meyring, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 340 TFUE, il-kumpens għad-danni li sostnew minħabba l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Renju ta’ Spanja, tal-Kummissjoni Ewropea, ta’ Banco Santander, SA u ta’ Banco Popular Español, SA. |
|
3) |
Alejandro Claudio Waisman u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). |
|
4) |
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
|
5) |
Banco Santander għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Banco Popular Español relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2075/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)