EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0321

Kawża T-321/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Niemelä et vs BĊE (Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu – Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Tmiem tas-suġġett tal-kawża – Telf tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 109, 7.3.2022, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 109, 7.3.2022, p. 10–10 (GA)

7.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Niemelä et vs BĊE

(Kawża T-321/17) (1)

(Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 109/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heikki Niemelä (Ohain, il-Belgju), Mika Lehto (Espoo, il-Finlandja), Nemea plc (St. Julians, Malta), Nevestor SA (Ohain), Nemea Bank plc (St. Julians) (rappreżentant: A. Meriläinen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u A. Witte, aġenti, assistiti minn B. Schneider, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2017 -213800JENPXTUY75VSO/1 WHD-2017-0003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2017, li twassal għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-aċċess għal attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kreditu ta’ Nemea Bank plc u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament sostnuti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.

2)

It-talba għal kumpens għad-danni hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea plc, Nevestor SA u Nemea Bank plc u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż tagħhom, relatati mat-talba għal annullament.

4)

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea, Nevestor u Nemea Bank huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-BĊE relatati mat-talba għal danni.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


Top