Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0197

    Kawża T-197/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ambjent — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali — Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti — Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu — Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna — Assenza ta’ dannu reparabbli — Talba għal ordni”)

    ĠU C 240, 9.7.2018, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806220681970452018/C 240/491972017TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180504444411

    Kawża T-197/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ambjent — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali — Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti — Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu — Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna — Assenza ta’ dannu reparabbli — Talba għal ordni”)

    Top

    C2402018MT4410120180504MT0049441441

    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-197/17) ( 1 )

    “(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ambjent — Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali — Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti — Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu — Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna — Assenza ta’ dannu reparabbli — Talba għal ordni”)”

    2018/C 240/49Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marc Abel (Montreuil, Franza), u l-1428 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentant: J. Assous, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. Huttunen u A. Becker, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Marc Abel u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 151, 15.5.2017.

    Top