EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0773

Kawża T-773/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Mar — Raġuni relattiva għal rifjut — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar)

(Kawża T-773/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Mar - Raġuni relattiva għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Café del Mar, SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte, (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Josep de sa Talaia, Spanja) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1542/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González, minn naħa, u R. Guiral Broto, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1542/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Café del Mar, SC u minn José Les Viamonte u Carlos Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Ramón Guiral Broto għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Café del Mar u minn J. Les Viamonte u C. Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


Top