EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0377

Kawża T-377/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ilment għal fastidju morali — Investigazzjoni amministrattiva — Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ — Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ — Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir — Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”)

ĠU C 341, 24.9.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI

(Kawża T-377/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ilment għal fastidju morali - Investigazzjoni amministrattiva - Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ - Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ - Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir - Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”))

(2018/C 341/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SQ (rappreżentanti: N Cambonie u P. Walter, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat, u J. Currall, barrister)

Suġġett

Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 50a(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI, intiż, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-BEI u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba fastidju morali mis-superjur ġerarkiku tagħha u minħabba l-aġir tal-BEI.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) hija parzjalment annullata, sa fejn din tagħmel użu minn definizzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “fastidju morali”, sa fejn din ma tipprevedix konsegwenzi dixxiplinari immedjati mogħtija f’każ ikkonfermat ta’ fastidju morali fi ħdan il-BEI u sa fejn din timponi fuq id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni obbligu ta’ kunfidenzjalità li jmur kontra l-għanijiet ta’ proċedura ta’ investigazzjoni li tirrigwarda każ allegat ta’ fastidju morali.

2)

It-talbiet għal annullament huma miċħuda għall-bqija.

3)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil SQ, abbażi tad-dannu morali subit, ammont ta’ EUR 10 000.

4)

It-talbiet għal kumpens huma miċħuda għall-bqija.

5)

Il-BEI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż esposti minn SQ.

6)

SQ għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


Top