EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0275

Kawża T-275/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Curto vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku — Assistenti Parlamentari Akkreditati — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Żball ta’ evalwazzjoni — Portata tad-dmir ta’ assistenza — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ rapporti redatti mill-Kumitat Konsultattiv”)

ĠU C 341, 24.9.2018, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Curto vs Il-Parlament

(Kawża T-275/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Assistenti Parlamentari Akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Żball ta’ evalwazzjoni - Portata tad-dmir ta’ assistenza - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ rapporti redatti mill-Kumitat Konsultattiv”))

(2018/C 341/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Michela Curto (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau, E. Taneva u M. Rantala, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fl-14 ta’ April 2014, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-ksur minn dik l-awtorità tad-dmir ta’ assistenza msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza li M. Curto kienet ressqet fl-14 ta’ April 2014, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil M. Curto, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, is-somma ta’ EUR 10 000 fimkien mal-interessi moratorji, b’effett mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


Top