Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0273

    Kawża T-273/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance tal-espatrijazzjoni — Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Perijodu deċennali ta’ referenza — Nazzjonalità tal-Istat ta’ impjieg — Residenza fl-Istat ta’ impjieg — Dmirijiet f’organizzazzjoni internazzjonali — Kuntratt ta’ xogħol temporanju”)

    ĠU C 341, 24.9.2018, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 341/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-273/17) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Nazzjonalità tal-Istat ta’ impjieg - Residenza fl-Istat ta’ impjieg - Dmirijiet f’organizzazzjoni internazzjonali - Kuntratt ta’ xogħol temporanju”))

    (2018/C 341/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Bohr u M. Mensi, sussegwentement T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2015 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, inkwantu rrifjutat l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent meta beda jaħdem mal-INEA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Alessandro Quadri di Cardano huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


    Top