EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0722

Kawża C-722/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2018 –Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima

ĠU C 268, 30.7.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807130112003462018/C 268/217222017CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20171127151623

Kawża C-722/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2018 –Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima

Top

C2682018MT1530120171127MT0021153162

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2018 –Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima

(Kawża C-722/17)

2018/C 268/21Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Villach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Norbert Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, Klaus Egger, Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH

Konvenut: Enrico Casamassima

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 ( 1 ) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,

u dan ukoll meta l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà in rem kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà in rem

a)

hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà in rem stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u

b)

barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ actio Pauliana – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà in rem għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?

2)

Domanda 2 (jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv):

L-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,

u dan ukoll meta, fil-każ li l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà in rem kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà in rem

a)

hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà in rem stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u

b)

barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ actio Pauliana – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà in rem għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?


( 1 ) ĠU 2012, L 351, p. 1.

Top