Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0594

    Kawża C-594/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    ĠU C 412, 4.12.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201711170111555602017/C 412/315942017CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171013212222

    Kawża C-594/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Top

    C4122017MT2120120171013MT0031212222

    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-594/17)

    2017/C 412/31Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, G. von Rintelen, M. Žebre)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Slovena

    Talbiet

    tiddikjara li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU 2011, L 306, p. 41), peress li ma adottax sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din l-istess direttiva, jew li, f’kull każ, hija naqset milli tinnotifika dawn il-miżuri lill-Kummissjoni;

    tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja, fuq il-bażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7099,20 għal kull jum, mid-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża;

    tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/85/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, ir-Repubblika tas-Slovenja kellha tadotta u tippubblika sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din id-direttiva. Peress li r-Repubblika tas-Slovenja ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi iktar ’il fuq, it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, din l-istituzzjoni ddeċidiet li tressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7099,20 għal kull jum. Sabiex tikkalkola dan l-ammont, il-Kummissjoni qieset il-gravità u t-tul tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll l-effett dissważiv fir-rigward tal-kapaċità tal-ħlas tal-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri r-Repubblika tas-Slovenja.

    Top