EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0522

Kawża C-522/17: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-179/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

ĠU C 424, 11.12.2017, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/17


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-179/16 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-522/17)

(2017/C 424/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-179/16, EU:T:2017:445;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u

tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top