Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0404

    Kawża C-404/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – A vs Migrationsverket

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – A vs Migrationsverket

    (Kawża C-404/17)

    (2017/C 293/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A

    Konvenut: Migrationsverket

    Domanda preliminari

    Applikazzjoni li fiha l-informazzjoni, pprovduta mill-applikant, li hija meqjusa bħala affidabbli – u li sservi għalhekk bħala bażi għall-eżami tal-imsemmija applikazzjoni, iżda insuffiċjenti sabiex tistabbilixxi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi li l-informazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini tindika li l-awtoritajiet joffru protezzjoni aċċettabbli, għandha tiġi meqjusa bħala manifestament infondata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva riformulata 2013/32? (1)


    (1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013 L 180, p. 60).


    Top