Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0380

    Kawża C-380/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B, partijiet oħra: H.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B, partijiet oħra: H.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    (Kawża C-380/17)

    (2017/C 300/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B

    Konvenuti: H. Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan, C-583/10, EU:C:2012:638, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari tal-qrati Olandiżi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva f’kawża li tirrigwarda d-dritt ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ benefiċjaru tal-protezzjoni sussidjarja jekk, fid-dritt Olandiż, din id-direttiva ġiet iddikjarata direttament u inkundizzjonalment applikabbli għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja?

    2)

    Is-sistema tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) tipprekludi regola nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont din talba għal teħid inkunsiderazzjoni fid-dawl ta’ riunifikazzjoni tal-familja abbażi tad-dispożizzjonijiet iktar favorevoli tal-Kapitolu V ta’ din id-direttiva tista’ tiġi miċħuda unikament għaliex ma tressqitx fit-terminu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tagħha?

    Għal risposta għal din id-domanda, huwa importanti li jkun possibbli, f’każ ta’ qbiż ta’ dan it-terminu, li jiġi introdott, irrispettivament jekk wara ċaħda jew mhux, applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, li fil-kuntest tagħha l-osservanza tal-kundizzjonijiet magħmula mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/86/KE hija evalwata u l-interessi u ċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 5(5) kif ukoll fl-Artikolu 17 tal-istess test jittieħdu inkunsiderazzjoni?


    Top