This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0351
Case C-351/17: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy), lodged on 12 June 2017 — Autolinee Toscane SpA v Mobit Soc.cons. a.r.l.
Kawża C-351/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl
Kawża C-351/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl
ĠU C 330, 2.10.2017, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 330/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl
(Kawża C-351/17)
(2017/C 330/06)
Lingwa tal-kawża: it–Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Autolinee Toscane SpA
Appellata: Mobit Soc.cons.arl
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) (b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni – prevista fl-ittri “b” u “d” – għal operatur intern li jipparteċipa f’sejħiet għal offerti extra moenia) għandu japplika wkoll għal għotjiet diretti mogħtija fi żmien preċedenti tad-dħul fis-seħħ tar-regolament? |
|
2) |
Fit-teorija, tista’ tiġi ekwiparata ma’ “operatur intern” – fis-sens tal-imsemmi regolament u b’analoġija possibbli fir-rigward tal-għan tiegħu mal-ġurisprudenza dwar “in house providing” – persuna ġuridika tad-dritt pubbliku detentriċi ta’ għotja diretta ta’ servizz ta’ trasport lokali, mogħtija mill-awtorità Statali, jekk tal-ewwel tkun direttament marbuta mat-tieni mil-lat organizzattiv u ta’ kontroll u jekk il-kapital tagħha jkun miżmum mill-Istat innifsu (integralment jew parzjalment u, f’dan il-każ, flimkien ma’ kollettivitajiet pubbliċi oħrajn)? |
|
3) |
Fil-każ ta’ għotja diretta ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-fatt li, wara l-għoti, l-awtorità Statali inkwistjoni toħloq stabbiliment pubbliku amminstrattiv mogħni b’setgħat ta’ organizzazzjoni fuq is-servizzi inkwistjoni (filwaqt li barra minn hekk l-Istat iżomm is-setgħa esklużiva li jiddisponi mit-titolu ta’ liċenzja) – fejn dan l-istabbiliment ma jeżerċita ebda “kontroll analogu” fuq il-persuna li ngħatat is-servizzi direttament – jikkostitwixxi ċirkustanza xierqa li l-għotja inkwistjoni tevadi s-sistema tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament? |
|
4) |
Id-data inizjali tal-iskadenza tal-għotja diretta li teċċedi t-terminu ta’ tletin sena li tiskadi fit-3 ta’ Diċembru 2039 (it-terminu kurrenti mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 370/2007) timplika n-nuqqas ta’ konformità tal-għotja mal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 5 u 8(3) tal-imsemmi regolament, jew din l-irregolarità għandha titqies bħala awtomatikament irregolarizzata, għall-finijiet kollha tal-liġi, minn tnaqqis impliċitu “ex lege” (Artikolu 8(3)) f’tali terminu ta’ tletin sena? |
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).