Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0294

    Kawża C-294/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Mejju 2017 – Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

    (Kawża C-294/17)

    (2017/C 293/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Stichting Werkgroep Behoud de Peel

    Konvenut: College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), (iktar ’il quddiem id-“direttiva dwar il-habitat”), jipprekludi dispożizzjoni legali li hija intiża li teżenta mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni, proġetti u inizjattivi oħra li jiġġeneraw depożiti ta’ nitroġenu li ma jeċċedux limitu kwantitattiv jew valur massimu u b’hekk huma awtorizzati mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni individwali, suġġett għall-premessa li l-effett tal-proġetti kollha u ta’ inizjattivi oħra meqjusa flimkien li jistgħu jibbenefikaw mis-sistema legali ikun ġie evalwat b’mod xieraq għall-finijet tal-adozzjoni tal-imsemmija sistema legali?

    2)

    L-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tipprekludi li evalwazzjoni xierqa ta’ programm li fih tiġi evalwata kwantità iddeterminata totali ta’ depożiti ta’ nitroġenu tintuża bħala bażi għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni (awtorizzazzjoni individwali) għal proġett jew inizjattiva oħra li jiġġeneraw depożiti ta’ nitroġenu konformi mal-marġni ta’ depożitu evalwat fil-kuntest tal-programm?

    3)

    F’evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE imwettqa għall-programm bħall-PAS 2015-2021, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett pożittiv ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-miżuri xierqa għal żoni eżistenti tat-tipi ta’ habitats naturali u ta’ habitats ta’ speċi, li jiġu adottati skont obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6(1) u (2) ta’ tali direttiva?

    3a.

    F’każ li t-tielet domanda tingħata risposta pożittiva, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti pożittivi ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-miżuri xierqa miżuri f’evalwazzjoni xierqa għal programm dment li, fil-mument tal-evalwazzjoni xierqa, dawn ikunu għadhom ma ġewx attwati u l-effetti pożittivi tagħhom jkunu għadhom ma ġewx prodotti?

    Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar l-effett ta’ dawn il-miżuri bbażati fuq il-konoxxenzi xjentifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li l-attwazzjoni u r-riżultat ta’ tali miżuri jiġu ssorveljati u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?

    4)

    L-effetti pożittivi tat-tnaqqis awtonomu tad-depożiti tan-nitroġenu li jimmanifesta ruħu fil-perijodu li matulu jkun fis-seħħ il-Programm Aanpak Stikstof 2015-2021 jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE?

    Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar dawn l-iżviluppi bbażati fuq il-konoxxenzi xejntifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li t-tnaqqis awtonomu tad-depożiti tan-nitroġenu jiġi ssorveljat u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?

    5)

    Il-miżuri ta’ riparazzjoni, adottatati fil-kuntest tal-PAS 2015-2021, maħsuba sabiex jipprevjenu li fattur iddeterminat li jniġġeż, bħad-depożitu tan-nitroġenu, jaffettwa b’mod negattiv iż-żoni eżistenti tat-tipi ta’ habitats naturali u ta’ habitats ta’ speċi, jistgħu jiġu kklassifikati bħala miżuri ta’ protezzjoni fis-sens tal-punt 28 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Mejju 2014, Briels, ECLI:EU:C:2014:330, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’evalwazzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE?

    5a.

    F’każ li l-ħames domanda tingħata risposta pożittiva, l-effetti pożittivi tal-miżuri ta’ protezzjoni, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni xierqa, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni jekk fil-mument tal-evalwazzjoni xierqa tali miżuri ikunu għadhom ma ġewx attwati u l-effetti pożittivi tagħhom jkunu għadhom ma ġewx prodotti?

    Jekk jiġi preżunt li l-evalwazzjoni xierqa tkun tinkludi konklużjonijiet definittivi dwar l-effetti ta’ dawn il-miżuri bbażati fuq il-konoxxenzi xejntifiċi iktar avvanzati f’dan il-qasam, ikun rilevanti li l-attwazzjoni u r-riżultat ta’ tali miżuri jiġu ssorveljati u, jekk jirriżulta li l-effett ikun inqas favorevoli minn dak previst fl-evalwazzjoni xierqa, titwettaq korrezzjoni, jekk din tkun neċessarja?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


    Top