EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0232

Kawża C-232/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Mejju 2017 – VE vs WD

ĠU C 256, 7.8.2017, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Mejju 2017 – VE vs WD

(Kawża C-232/17)

(2017/C 256/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VE

Konvenut: WD

Domandi preliminari

1)

Fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit li jkun hemm effettivament l-opportunità li jiġu mgħarrfa l-klawżoli kollha msemmija fil-premessa għoxrin tad-Direttiva 93/13/KEE (1) kif ukoll tar-rekwiżit ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmi fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-imsemmija direttiva, jeħtieġ li l-klawżoli kuntrattwali korrispondenti ma jiġux ikklassifikati bħala inġusti meta l-konsumatur jista’ jkun mgħarraf bl-ammont ta’ kull element essenzjali tal-kuntratt ta’ self (is-suġġett tal-kuntratt, jiġifieri l-ammont tas-self, l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors u l-ammont tal-interessi) biss wara l-konklużjoni tal-kuntratt (mhux minħabba ħtieġa oġġettiva, iżda minħabba stipulazzjoni f’dan is-sens tal-kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal innegozzjar individwali u tintuża mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur) bis-saħħa ta’ dikjarazzjoni ta’ rieda unilaterali mill-bejjiegħ jew fornitur (minkejja li tindika li tagħmel parti sħiħa mill-kuntratt) ġuridikament vinkolanti għall-konsumatur?

2)

Fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit li jkun hemm effettivament l-opportunità li jiġu mgħarrfa l-klawżoli kollha msemmija fil-premessa għoxrin tad-Direttiva 93/13/KEE kif ukoll tar-rekwiżit ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmi fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-imsemmija direttiva, jeħtieġ li l-klawżoli kuntrattwali korrispondenti ma jiġux ikklassifikati bħala inġusti meta l-kuntratt ta’ self jistabbilixxi kull element essenzjali (is-suġġett tal-kuntratt, jiġifieri l-ammont tas-self, l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors u l-interessi tal-operazzjoni) billi jieħu ħsieb juża l-esprezzjoni “b’mod indikattiv” mingħajr ma jispeċifika jekk l-element imsemmi b’mod indikattiv huwiex ġuridikament vinkolanti jew le jew jekk jippermettix jew le li jkunu bbażati drittijiet u obbligi fuqu?

3)

Fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit li jkun hemm effettivament l-opportunità li jiġu mgħarrfa l-klawżoli kollha msemmija fil-premessa għoxrin tad-Direttiva 93/13/KEE kif ukoll tar-rekwiżit ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmi fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-imsemmija direttiva, jeħtieġ li l-klawżoli kuntrattwali korrispondenti ma jiġux ikklassifikati bħala inġusti meta l-kuntratt ta’ self jiddetermina element essenzjali billi juża terminoloġija żbaljata, b’mod partikolari meta kuntratt ta’ self iddenominat f’valuti (li fih id-dejn li jirriżulta mill-imsemmi kuntratt ta’ self jiġi ddeterminat u iddenominat f’munita barranija – iktar ’il quddiem il-“munita tad-dejn” – u li fih id-dejn għandu jitħallas f’munita nazzjonali – iktar ’il quddiem il-“munita tal-ħlas”)

(1)

jindika bħala ammont tas-self

l-ammont ta’ intestatura ta’ kreditu espressa fil-munita tad-dejn, jew

il-limitu massimu tal-ammont ta’ self espress fil-munita tad-dejn, jew

il-ħtieġa ta’ finanzjament tal-konsumatur espressa fil-munita tal-ħlas, jew

il-limitu ta’ żbursar espress fil-munita tal-ħlas

(2)

jindika bħala ammont l-iskadenzi ta’ rimbors tas-self tal-limitu massimu prevedibbli tal-iskadenzi ta’ rimbors tas-self espress fil-munita tad-dejn u/jew fil-munita ta’ ħlas?

4)

Fl-interpretazzjoni tar-rekwiżit li jkun hemm effettivament l-opportunità li jiġu mgħarrfa l-klawżoli kollha msemmija fil-premessa għoxrin tad-Direttiva 93/13/KEE kif ukoll tar-rekwiżit ta’ redazzjoni sempliċi u ċara msemmi fl-Artikoli 4(2) u 5 tal-imsemmija direttiva, jeħtieġ li l-klawżoli kuntrattwali korrispondenti ma jiġux ikklassifikati bħala inġusti meta, f’kuntratt ta’ self iddenominat f’munita (mhux minħabba ħtieġa oġġettiva, iżda minħabba stipulazzjoni f’dan is-sens tal-kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal innegozzjar individwali u tintuża mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur) is-suġġett tal-kuntratt, jiġifieri l-ammont tas-self u dak tal-iskadenzi ta’ rimbors,

(1)

huwa ddeterminat, fil-munita tad-dejn, taħt forma ta’ ammont determinat (li jikkonsisti esklużivament f’sensiela ta’ karattri komposti minn numri inklużi bejn 0 u 9) u, fil-munita tal-ħlas, mill-inqas skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku?

(2)

huwa ddeterminat, fil-munita tal-ħlas, taħt forma ta’ ammont determinat u wkoll, fil-munita tad-dejn, mill-inqas skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku?

(3)

huwa ddeterminat, fil-munita tad-dejn kif ukoll fil-munita tal-ħlas, mill-inqas skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku?

(4)

b’ebda mod ma huwa ddeterminat fil-munita tad-dejn, iżda huwa ddeterminat, fil-munita tal-ħlas, mill-inqas skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku?

(5)

b’ebda mod ma huwa ddeterminat fil-munita tal-ħlas, iżda huwa ddeterminat, fil-munita tad-dejn, mill-inqas skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku?

4.1.

Fil-kuntest tad-domanda 4(5) iktar ’il fuq, fil-każ fejn ma jkunx neċessarju li jiġi ffissat ammont determinat u li jiġi inkluż f’kuntratt ta’ self meta dan jiġi konkluż, in-natura mhux ekwivoka tal-metodu ta’ kalkolu tal-ammont tas-self fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt huwa ggarantit meta (mhux minħabba ħtieġa oġġettiva, iżda minħabba stipulazzjoni f’dan is-sens tal-kundizzjonijiet ġenerali kuntrattwali li kinitx suġġetta għal innegozzjar individwali u tintuża mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur)

(1)

il-kuntratt ta’ self ma jinkludi l-indikazzjoni ta’ ebda ammont determinat f’xi tip ta’ munita,

(2)

il-kuntratt ta’ self jinkludi l-indikazzjoni tal-ħtieġa ta’ finanzjament tal-konsumatur jew tal-limitu ta’ żbursar, fil-munita tal-ħlas,

(3)

il-kuntratt ta’ self ma jinkludix l-indikazzjoni tal-ammont tas-self skont metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku, fil-munita tal-ħlas,

(4)

fir-rigward tal-eżistenza ta’ metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku tal-ammont tas-self fil-munita tad-dejn, l-element tal-formula mniżżla fil-kuntratt ta’ self ma huwiex eżatt, iżda jikkostitwixxi sempliċi limitu massimu (l-ammont preċiż tal-ħtieġa ta’ finanzjament tal-konsumatur jew tal-limitu massimu ta’ żbursar espress fil-munita tal-ħlas)?

4.2.

 

4.2.1.

Fil-każ fejn ma jkunx neċessarju li jiġu ffissati ammonti determinati u li jiġu inklużi fil-kuntratt ta’ self meta dan jiġi konkluż, fir-rigward tan-natura mhux ekwivoka tal-metodu ta’ kalkolu,

(1)

jeżisti rekwiżit ġuridiku li jimponi d-determinazzjoni tas-suġġett tal-kuntratt fil-kuntratt ta’ self, jiġifieri l-ammont tas-self u dak tal-iskadenzi ta’ rimbors – fil-każ ta’ prodotti b’rata varjabbli, dak tal-iskadenzi ta’ rimbors li jikkorrispondi għall-ewwel perijodu tal-interessi – skont metodu li jippermetti li l-kalkolu jsir b’mod mhux ekwivoku meta jiġi konkluż il-kuntratt, jew

(2)

huwa biżżejjed li meta jiġi konkluż, il-kuntratt ta’ self ikun jinkludi parametri oġġettivament verifikabbli li minnhom ikunu jistgħu jiġu kkalkolati dawn l-elementi (is-suġġett tal-kuntratt u l-iskadenzi ta’ rimbors) f’data futura (jiġifieri meta jiġi konkluż, il-kuntratt ta’ self sempliċement jiffissa l-parametri li jiżguraw kalkolu mhux ekwivoku fil-futur)?

4.2.2.

Fil-każ fejn ikun biżżejjed li s-suġġett tal-kuntratt, jiġifieri l-ammont tas-self u dak tal-iskadenzi ta’ rimbors (minkejja li jindika li jagħmel parti sħiħa mill-kuntratt) – fil-każ ta’ prodotti b’rata varjabbli, l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors jirrigwarda l-ewwel perijodu tal-interessi – ikun jista’ jiġi kkalkolat f’data futura fil-munita tad-dejn, din id-data futura (li loġikament tkun tikkoinċidi mal-mument fejn jiġi ffissat l-ammont tad-dejn kuntrattwali fil-munita tad-dejn) għandha tiġi ddeterminata b’mod oġġettiv, fil-kuntratt ta’ self meta jiġi konkluż jew id-determinazzjoni ta’ din id-data futura tista’ titħalla għad-diskrezzjoni tal-bejjiegħ jew fornitur?

4.3.

Fil-każ ta’ prodotti b’rata perjodikament varjabbli, għandu jitqies bħala suffiċjenti u għaldaqstant, bħala mhux inġust, il-fatt li l-ammont tal-iskadenzi espress fil-munita tad-dejn u/jew fil-munita tal-ħlas jiġi indikat (u inkluż fil-kuntratt ta’ self meta dan jiġi konkluż) taħt il-forma ta’ ammont determinat u/jew skont metodu mhux ekwivoku ta’ kalkolu għall-ewwel perijodu tal-interessi tal-kuntratt jew jeżisti rekwiżit ġuridiku li jimponi li jiġi stabbilit (u li jiġi inkluż mal-kuntratt ta’ self meta dan jiġi konkluż) il-metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku fil-munita tad-dejn u/jew fil-munita tal-ħlas għall-perijodi kollha tal-interessi matul il-kuntratt?

4.4.

Sabiex ma jkunx inġust, il-metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku jinvolvi l-applikazzjoni ta’ formola matematika adattata jew huwa possibbli mod ieħor?

4.4.1.

Jekk il-metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku ma jkunx jinvolvi biss l-applikazzjoni ta’ formola matematika adattata, dan għandu jiġi żgurat permezz ta’ deskrizzjoni testwali suffiċjentement preċiża sabiex tiġi eskluża kull natura inġusta?

4.4.2.

Jekk il-metodu ta’ kalkolu mhux ekwivoku ma jkunx jinvolvi biss l-applikazzjoni ta’ formola matematika adattata, dan jista’ jiġi żgurat b’riferiment għal termini tekniċi (pereżempju ħlas annwali jew deprezzament lineari), mingħajr spjegazzjonijiet oħra, sabiex tiġi eskluża kull natura inġusta?


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


Top