EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0090

Kawża C-90/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Frar 2017 – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Frar 2017 – Turbogás Produtora Energética SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-90/17)

(2017/C 144/40)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbogás Produtora Energética SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96/KE (1), sabiex jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għal taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) tad-Direttiva, l-entitatjiet li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess, għandhom ikunu produtturi żgħar, fejn il-kumplament tal-entitajiet (dawk li ma jkunux produtturi żgħar) li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess jiġu esklużi minn din il-kwalità ta’ distributuri jew għandhom jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għat-taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) tad-Direttiva, l-entitajiet kollha li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess (indipendentement mid-daqs rispettiv u mill-fatt li jwettqu dan bħala attività ekonomika prinċipali jew aċċessorja), u li ma humiex eżentati, inkwantu produtturi żgħar, skont it-tieni parti tat-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 21(5) tad-Direttiva?

2)

Konkretament, entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija produttriċi kbira tal-elettriku u li tasal tipproduċi madwar 9 % tal-enerġija nazzjonali għall-bejgħ lill-istess netwerk nazzjonali, għandha titqies bħala “[e]ntità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess”, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96/KE, meta parti żgħira biss mill-enerġija li hija tipproduċi tintuża fil-produzzjoni tagħha proprja ta’ elettriku ġdid bħala parti sħiħa mill-proċess produttiv tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


Top