This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0213
Judgment of the Court (Third Chamber) of 5 July 2018.#X v Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.#Request for a preliminary ruling from the Rechtbank Den Haag, sitting in Amsterdam.#Reference for a preliminary ruling — Regulation (EU) No 604/2013 — Determining the Member State responsible for examining an application for international protection made in one of the Member States by a third-country national — Articles 17, 18, 23 and 24 — Prior international protection procedure ongoing in one Member State — New application in another Member State — Take back request not made within the prescribed periods — Surrender of the person concerned for criminal prosecution.#Case C-213/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018.
X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikoli 17, 18, 23 u 24 – Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru – Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor – Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti – Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali.
Kawża C-213/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018.
X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikoli 17, 18, 23 u 24 – Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru – Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor – Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti – Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali.
Kawża C-213/17.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2018:538
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
5 ta’ Lulju 2018 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikoli 17, 18, 23 u 24 – Proċedura minn qabel ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru – Applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor – Assenza ta’ talba għall-iskopijiet tat-teħid lura fit-termini previsti – Konsenja tal-persuna kkonċernata għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali”
Fil-Kawża C-213/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ April 2017, fil-proċedura
X
vs
Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-1 ta’ Frar 2018,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal X, minn I. J. M. Oomen u F.L.M. van Haren, advocaten, |
– |
għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, A. M. de Ree u L. Noort, kif ukoll minn J. Langer, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u R. Kanitz, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u G. Tornyai, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande kif ukoll minn G. Wils, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-13 ta’ Ġunju 2018,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1), tal-Artikolu 18(2), tal-Artikolu 23(3) u tal-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013 L 180, p. 31, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin III”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn X, ċittadin Pakistani, u l-iStaatssecretaris van Veiligheid en Justitie (is-Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà u għall-Ġustizzja, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem is-“Segretarju tal-Istat”), dwar deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar li tordna t-trasferiment ta’ X lejn l-Italja, biex huwa jitlaq immedjatament il-Pajjiżi l-Baxxi u li tiċħad l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza temporanja li l-persuna kkonċernata kienet ippreżentat taħt id-dritt għal ażil. |
Il-kuntest ġuridiku
Regolament (KE) Nru 1560/2003
3 |
L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat-2 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200), kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014 (ĠU 2014, L 39, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru°1560/2003”), huwa magħmul minn listi tal-provi u l-indizji rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Dublin III. |
4 |
L-Anness III ta’ dan ir-regolament jinkludi “FORMOLA STANDARD GĦAL TALBIET GĦAT-TEĦID LURA”. |
Ir-Regolament Dublin III
5 |
Il-premessi 4 u 5 tar-Regolament Dublin III huma redatti kif ġej:
|
6 |
L-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 3(1), kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu minn ċittadin ta’ pajjiż terz [jew persuna apolida], ukoll jekk it-tali eżami ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħu taħt il-kriterji preskritti f’dan ir-Regolament. L-Istat Membru li jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont dan il-paragrafu għandu jsir l-Istat Membru responsabbli u għandu jassumi l-obbligi assoċjati ma’ dik ir-responsabbiltà. […] […]” |
7 |
L-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament jipprovdi kif ġej: “1. L-Istat Membru responsabbli taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat: […]
2. Fil-każijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1(a) u (b), l-Istat Membru responsabbli għandu jeżamina jew jikkompleta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali magħmula mill-applikant. […] Fil-każijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-paragrafu 1(d), fejn l-applikazzjoni ġiet irrifjutata biss fl-ewwel istanza, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li l-persuna kkonċernata għandha jew kellha l-opportunità li jkollha rimedju effettiv skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60)].” |
8 |
L-Artikolu 23(1) u (3) tal-istess regolament jipprevedi: “1. Meta Stat Membru fejn persuna kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d) iddepożitat applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membu ieħor huwa responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), dan jista’ jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna. 2. Talba biex persuna tittieħed lura għandha ssir kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahrejn minn meta rċieva l-‘hit’ mill-Eurodac Jekk it-talba biex tittieħed lura persuna tkun ibbażata fuq evidenza li mhix data meħuda mis-sistema tal-Eurodac, din għandha tkun mibgħuta lill-Istat Membru li saritlu t-talba fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kienet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 20(2). 3. Meta t-talba biex tittieħed lura persuna ma ssirx fil-perijodi stipulati fil-paragrafu 2, ir-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva għandha tkun tal-Istat Membru li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni l-ġdida.” |
9 |
L-Artikolu 24 tar-Regolament Dublin III jipprevedi: “1. Meta Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu persuna msemmija fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), tkun preżenti mingħajr dokument ta’ residenza u li quddiemu ma tkunx ġiet iddepożitata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali, iqis li Stat Membru ieħor huwa responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), huwa jista’ jitlob lil dak l-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna. […] 5. It-talba biex il-persuna msemmija fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d) tittieħed lura, għandha ssir permezz ta’ formola standard u għandha tinkuldi provi jew indizji ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 22(3) u/jew elementi rilevanti mid-dikjarazzjonijiet tal-persuna, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest li jivverifikaw jekk huwiex responsabbli abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u tirrevedi perjodikament żewġ listi li jindikaw elementi relevanti ta’ provi jew indizji ċirkostanzjali skont il-kriterji msemmija fl-Artikolu 22(3)(a) u (b) u,għandha tadotta kondizzjonijiet uniformi għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ talbiet biex tittieħed lura persuna. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).” |
10 |
L-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi: “L-Istat Membru rikjest għandu jagħmel il-kontrolli meħtieġa u jagħti deċiżjoni dwar it-talba biex jieħu lura l-persuna kkonċernata kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard minn xahar mid-data meta kienet rċevuta t-talba. Meta t-talba tkun ibbażata fuq data miksuba mis-sistema Eurodac, dak il-limitu ta’ żmien għandu jitnaqqas għal ġimagħtejn.” |
Id-Direttiva 2013/32
11 |
L-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2013/32 jipprevedi: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
X ippreżenta l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi fit-23 ta’ Marzu 2011. Is-Segretarju tal-Istat ċaħad din l-applikazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tat-5 ta’ Settembru 2011. Ir-rikorsi ppreżentati kontra din id-deċiżjoni ġew miċħuda b’mod definittiv mill-qrati kompetenti. |
13 |
X ippreżenta l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-4 ta’ Ġunju 2014. Is-Segretarju tal-Istat ċaħad din l-applikazzjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014. L-appell imressaq kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud fis-7 ta’ Lulju 2014 mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi). X ippreżenta appell kontra din is-sentenza quddiem ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi). |
14 |
Fit-28 ta’ Settembru 2014, X telaq mill-Pajjiżi l-Baxxi, fejn huwa kien ġie akkużat b’reat sesswali. |
15 |
Fit-23 ta’ Ottubru 2011, huwa ppreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-Italja. |
16 |
Fit-30 ta’ Jannar 2015, l-awtoritajiet Taljani, b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, ikkonsenjat lil X lill-awtoritajiet Olandiżi bil-għan li tiġi eżerċitata proċedura kriminali. |
17 |
Billi t-tfittxija fis-sistema “Eurodac” kienet uriet li l-persuna kkonċernata kienet ippreżentat applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Italja, is-Segretarju tal-Istat talab, fil-5 ta’ Marzu 2015, lill-awtoritajiet Taljani li jieħdu lura X taħt l-Artikolu 18(1)(b) u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Dublin III. |
18 |
Fin-nuqqas ta’ risposta mill-awtoritajiet Taljani għal din it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura, is-Segretarju tal-Istat, b’deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2015, ordna t-trasferiment ta’ X lejn l-Italja u ordnalu jitlaq mill-Pajjiżi l-Baxxi minnufih. |
19 |
Fit-30 ta’ Marzu 2015, l-awtoritajiet Taljani laqgħu din it-talba għat-teħid lura ta’ X. |
20 |
Fl-1 ta’ April 2015, X ippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2015 li tordna t-trasferiment tiegħu u talab lill-Imħallef għal miżuri provviżorji tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam) tadotta miżura provviżorja. Permezz ta’ deċiżjoni tat-21 ta’ April 2015, hija laqgħet din it-talba għal miżura provviżorja li tipprojbixxi lis-Segretarju tal-Istat li jittrasferixxi lil X lejn l-Italja sakemm jiskadi t-terminu ta’ erba’ ġimgħat mid-data tad-deċiżjoni prospettiva dwar l-appell ippreżentat minn dan tal-aħħar. |
21 |
X ippreżenta l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi fid-19 ta’ Mejju 2015. Permezz ta’ deċiżjoni tat-21 ta’ Mejju 2015, is-segretarju tal-Istat ċaħad din it-talba billi kkunsidra li huwa kien diġà ġie stabbilit li r-Repubblika Taljana kienet responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali mressqa minn X. Dan tal-aħħar ippreżenta appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. |
22 |
Fis-7 ta’ Awwissu 2015, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) ċaħdet l-appell ippreżentat minn X kontra s-sentenza tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam), tal-7 ta’ Lulju 2014, li tiċħad it-tieni talba għal protezzjoni internazzjonali, imressqa minn X. |
23 |
Fit-30 ta’ Novembru 2015, X ġie infurmat li l-kawża kriminali kontrih ingħalqet. |
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi ir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
25 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali, għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha, meta talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma tkunx ġiet ifformulata minn dak l-Istat Membru fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, filwaqt li, minn naħa, Stat Membru ieħor kien responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel u, min-naħa l-oħra, l-appell miċ-ċaħda ta’ waħda minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini. |
26 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u l-istruttura ġenerali tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha, kif ukoll l-għanijiet li din issegwi. |
27 |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ teħid lura huwa ddefinit fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Dublin III. Mill-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li din il-proċedura hija applikabbli għall-persuni msemmija fl-Artikolu 18(1)(d) tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-5 ta’ April 2017, Ahmed, C-36/17, EU:C:2017:273, punti 26 u 27, kif ukoll is-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2018, Hasan, C-360/16, EU:C:2018:35, punti 42 u 43). |
28 |
Din l-aħħar dispożizzjoni tirrigwarda, b’mod partikolari, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda u li jkun ippreżenta applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor. |
29 |
Mill-Artikolu 18(2) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li l-Artikolu 18(1)(d) tal-imsemmi regolament għandu jkopri, b’mod partikolari, każijiet fejn “l-applikazzjoni ġiet irrifjutata biss fl-ewwel istanza”. |
30 |
Il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea speċifikament ippreveda li, f’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li l-persuna kkonċernata għandha jew kellha l-opportunità li jkollha rimedju effettiv kontra din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32. |
31 |
Peress li dan l-Artikolu 46 jipprovdi għad-dritt ta’ appell mid-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli, hemm lok li jitqies li l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Dublin III jinkludi l-każijiet fejn applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet irrifjutata permezz ta’ deċiżjoni ta’ din l-awtorità, li għadha ma saritx definittiva. |
32 |
Il-proċedura ta’ teħid lura prevista fl-Artikolu 23 tar-Regolament Dublin III huwa applikabbli għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida fi Stat Membru wieħed, filwaqt li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata qabel fi Stat Membru ieħor tkun ġiet miċħuda b’deċiżjoni tal-awtorità responsabbli, anki jekk din id-deċiżjoni ma tkunx għadha saret definittiva wara appell li huwa pendenti quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar. |
33 |
Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih din l-applikazzjoni l-ġdida tkun ġiet ippreżentata kellhom il-possibbiltà, skont l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament, li jressqu talba għall-finijiet ta’ teħid lura tal-persuna kkonċernata. |
34 |
Madankollu, huma kellhom, skont l-Artikolu 23(2) ta’ dak ir-regolament, jressqu din it-talba malajr kemm jista’ jkun u, fi kwalunkwe każ, fit-termini previsti f’din id-dispożizzjoni, tali talba ma tistax tiġi validament magħmula wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-26 ta’ Lulju 2017, Mengesteab, C-670/16, EU:C:2017:587, punt 67). |
35 |
Kemm mill-kliem tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Dublin III kif ukoll mill-istruttura ġenerali u l-objettivi tiegħu, jirriżulta li, fil-każ ta’ skadenza tal-imsemmija termini, ir-responsabbiltà sħiħa tal-operazzjoni għandha tiġi ttrasferita lura lejn l-Istat Membru fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-26 ta’ Lulju 2017, Mengesteab, C-670/16, EU:C:2017:587, punt 61, u tal-25 ta’ Ottubru 2017, Shiri, C-201/16, EU:C:2017:805, punt 30). |
36 |
Dan it-trasferiment ta’ responsabbiltà ma jistax jiġi evitat minħabba l-fatt li Stat Membru ieħor huwa responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel u li l-appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ waħda minn dawn it-talbiet pendenti, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, meta jiskadu fl-istess termini. |
37 |
F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li, billi jiddefinixxu b’mod preċiż l-effetti tat-termini stipulati fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Dublin III, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda b’mod inekwivoku li d-dewmien imputabbli lill-Istat Membru fejn applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata jimplika trasferiment ta’ responsabbiltà, mingħajr ma jillimita l-applikazzjoni ta’ din ir-regola għal ċerti proċeduri speċifiċi ta’ teħid lura u, b’mod partikolari, mingħajr ma tissuġġetta dan it-trasferiment ta’ responsabbiltà għall-modalitajiet tal-iżvolġiment ta’ proċeduri dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel fi Stat Membru ieħor. |
38 |
Ċertament, din is-soluzzjoni tista’ twassal lill-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali li jeżaminaha, anki jekk eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ippreżentata mill-istess persuna tkun qiegħda sseħħ jew li tkun waslet diġà fi tmiemha fi Stat Membru ieħor. |
39 |
Madankollu din hija konsegwenza tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni, sa fejn dan ippreveda, b’mod ġenerali, tali trasferiment ta’ responsabbiltà f’sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-proċeduri ta’ teħid lura, filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri, kif jirriżulta mill-Artikolu 18(1)(b) sa (d) tal-istess regolament, ikopri b’mod partikolari sitwazzjonijiet fejn proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji għaddejjin jew waslu fi tmiemhom fi Stat Membru ieħor. |
40 |
Għaldaqstant, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha meta talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma tkun ġiet ifformulata minn dak l-Istat Membru fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament, filwaqt li, minn naħa, Stat Membru ieħor huwa responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel u, min-naħa l-oħra, li l-appell ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ waħda minn dawn it-talbiet pendenti, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini. |
Fuq it-tieni domanda
41 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li l-formulazzjoni, minn Stat Membru, ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti ta’ residenza fit-territorju tiegħu jimponi fuq dan l-Istat Membru li jissospendi l-eżami ta’ appell ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali qabel, u wara li tintemm dan l-eżami fil-każ tal-aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-Istat Membru rikjest. |
42 |
Jekk l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Dublin III jipprovdi diversi obbligi dwar is-segwitu ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, skont l-istadju milħuq fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali kkonċernata, dawn l-obbligi huma intiżi li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali u ma jimponux sospensjoni jew interruzzjoni tagħha fi kwalunkwe Stat Membru. |
43 |
Barra minn hekk, l-ebda element ta’ din id-dispożizzjoni ma jindika li l-obbligi li hija tistabbilixxi huma indirizzati lill-Istat Membru rikjedenti. L-istruttura ġenerali tal-Artikolu 18 jimplika, għall-kuntrarju, li dawn l-obbligi huma intiżi li jispeċifikaw it-trattament li għandu jkun iggarantit lill-persuna kkonċernata, wara t-trasferiment tagħha lejn Stat Membru ieħor. |
44 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li l-formulazzjoni, minn Stat Membru, ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mingħajr dokumenti ta’ residenza fit-territorju tiegħu ma jimponix fuq dan l-Istat Membru li jissospendi l-eżami ta’ appell ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali preċedenti, u wara li tintemm dan l-eżami fil-każ tal-aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-Istat Membru rikjest. |
Fuq it-tielet domanda
45 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għat-tielet domanda. |
Fuq ir-raba’ domanda
46 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru li jagħmel talba għall-finijiet ta’ teħid lura fuq il-bażi tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza, fl-Istat Membru rikjest, tat-termini stipulati fl-Artikolu 23(2) ta’ dak ir-regolament, għandu jinnotifika lill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li l-appell ippreżentat miċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata qabel, hija pendenti quddiem qorti tal-Istat Membru rikjedenti. |
47 |
L-Artikolu 24(5) tar-Regolament Dublin III jipprovdi li t-talba ta’ teħid lura għandha ssir permezz ta’ formola standard u għandha tinkludi provi jew indizji ċirkustanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 22(3) ta’ dan ir-Regolament jew elementi rilevanti mid-dikjarazzjonijiet tal-persuna kkonċernata, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest jivverifikaw jekk huwiex responsabbli abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-regolament. |
48 |
Għaldaqstant, mill-kliem stess tal-Artikolu 24(5) tal-istess regolament jirriżulta li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq l-Istat Membru rikjedenti għandu jkun limitat għall-elementi li jippermettu lill-Istat Membru rikjest sabiex jevalwa r-responsabbiltà tiegħu. |
49 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-ekonomija ġenerali tar-Regolament Dublin III, peress li l-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura tikkontribwixxi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli u għandha tippermetti lill-Istat Membru rikjest, skont l-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-regolament, il-verifiki meħtieġa sabiex tiġi evalwata r-responsabbiltà tagħha. |
50 |
Issa, jirriżulta mir-risposti mogħtija għall-ewwel u t-tieni domandi għandha tkun li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-responsabbiltà tal-Istat Membru rikjest hija bbażata fuq l-iskadenza tat-termini previsti fl-Artikolu 23(2) tal-imsemmi regolament, il-fatt li r-rikors ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issottomessa qabel hija pendenti quddiem qorti tal-Istat Membru rikjedenti huwa mingħajr effett fuq id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli. |
51 |
Għaldaqstant, l-informazzjoni dwar tali rikors ma jistgħux jitqiesu bħala utli sabiex jippermetti lill-Istat Membru mitlub biex jistma ir-responsabbiltà tiegħu u għaldaqstant ma għandhomx ikunu obbligatorji skont l-Artikolu 24(5) tal-istess regolament. |
52 |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata l-listi msemmija f’din id-dispożizzjoni u li huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament Nru 1560/2003, kif ukoll il-formola standard għal talbiet għal teħid lura, li tikkostitwixxi l-Anness III ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, dawn il-listi u din il-formola ma jirreferu bl-ebda mod mal-proċeduri ta’ rikors kontra r-rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati qabel. |
53 |
Konsegwentement, l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru li jagħmel talba għall-finijiet ta’ teħid lura fuq il-bażi tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza, fl-Istat Membru rikjest, tat-termini previsti fl-Artikolu 23(2) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jinforma l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li r-rikors ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issottomessa qabel hija pendenti quddiem qorti tal-Istat Membru rikjedenti. |
Fuq il-ħames domanda
54 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għar-raba’ domanda, ma għadx hemm lok li tingħata risposta għall-ħames domanda. |
Fuq is-sitt domanda
55 |
Permezz tas-sitt domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament Dublin III, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-data tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, fejn applikant għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jinsab fit-territorju ta’ dan tal-aħħar mingħajr ma jkun ippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali, dan it-tieni Stat Membru ma jistax validament jeżiġi dan l-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ teħid lura tal-applikant u għandu, għall-kuntrarju, jiddeċiedi li jeżamina t-talba minnu. |
56 |
L-Artikolu 24(1) tar-Regolament Dublin III jipprovdi li Stat Membru jista’, b’mod partikolari, jitlob lil Stat Membru ieħor jieħu lura persuna msemmija fl-Artikolu 18(1)(d) ta’ dan ir-regolament, li jinsab fit-territorju tiegħu mingħajr permess ta’ residenza u mingħajr ma jkun ressaq applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali, jekk jidhirlu li dan it-tieni Stat Membru huwa responsabbli konformement ma’ din l-aħħar dispożizzjoni. |
57 |
Sa fejn l-imsemmija dispożizzjoni ma tinkludi l-ebda rekwiżit dwar il-modalitajiet tad-dħul tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ssuġġettatx il-possibbiltà li titressaq talba għal teħid lura għal xi kundizzjoni f’dan ir-rigward. |
58 |
F’dan il-kuntest, u fir-rigward tal-awtonomija tal-proċeduri previsti rispettivament mir-Regolament Dublin III u mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45), li jsegwu għanijiet distinti u ma jistgħux jissostitwixxu lil xulxin, il-fatt li d-dħul fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti jirriżulta minn eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma jistax, bħala tali, jeskludi il-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura. |
59 |
Soluzzjoni kuntrarja tista’ tiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jeħtieġu l-għoti ta’ applikant għall-protezzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali, sabiex jevita li tiġi ttrasferita r-responsabbiltà li tiġi eżaminata l-applikazzjoni tiegħu fit-tmiem tal-proċeduri kriminali, li jkun ta’ natura li jħeġġeġ l-impunità u tippreġudika l-effikaċja tal-infurzar kriminali fl-Istat Membru kkonċernat. |
60 |
Barra minn hekk, mill-kliem stess tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li din id-dispożizzjoni tippermetti lil kull Stat Membru jiddeċiedi li jeżamina “jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu”, li jimplika li din id-dispożizzjoni ma għandhiex bħala għan jew bħala effett li tippermetti lil Stat Membru li jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li ma tkunx ġiet ippreżentata. |
61 |
Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija konsistenti mal-għan ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex tippreżerva l-prerogattivi tal-Istati Membri fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ għoti ta’ protezzjoni internazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2013, Abdullahi, C-394/12, EU:C:2013:813, punt 57, u tat-16 ta’ Frar 2017, C. K. et, C-578/16 PPU, EU:C:2017:127, punt 53). |
62 |
Għaldaqstant, l-imsemmija dispożizzjoni, fi kwalunkwe każ, ma tistax tostakola l-formulazzjoni ta’ talba għal teħid lura f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-persuna kkonċernata ma kinitx ippreżentat talba ġdida għal protezzjoni internazzjonali lill-Istat Membru rikjedenti. |
63 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament Dublin III, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-data tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, fejn applikant għal protezzjoni internazzjonali jkun ġie mogħti minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jinsab fit-territorju ta’ dan tal-aħħar mingħajr ma jippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali, dan it-tieni Stat Membru jista’ jitlob dan l-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ teħid lura tal-applikant u ma hijiex obbligata tiddeċiedi li teżamina l-applikazzjoni ppreżentata minnu. |
Fuq l-ispejjeż
64 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.