Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 62017CC0496
Opinion of Advocate General Campos Sánchez-Bordona delivered on 17 October 2018.#Deutsche Post AG v Hauptzollamt Köln.#Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Düsseldorf.#Reference for a preliminary ruling — Customs union — The Union Customs Code — Article 39 — Status of authorised economic operator — Implementing Regulation (EU) 2015/2447 — The second subparagraph of Article 24(1) — Applicant not a natural person — Questionnaire — Collection of personal data — Directive 95/46/EC — Articles 6 and 7 — Regulation (EU) 2016/679 — Articles 5 and 6 — Processing of personal data.#Case C-496/17.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Campos Sánchez-Bordona, ippreżentati fis-17 ta’ Ottubru 2018.
Deutsche Post AG vs Hauptzollamt Köln.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Artikolu 39 – Status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) – Applikant li ma huwiex persuna fiżika – Kwestjonarju – Ġbir ta’ data personali – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 6 u 7 – Regolament (UE) 2016/679 – Artikoli 5 u 6 – Ipproċessar ta’ data personali.
Kawża C-496/17.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Campos Sánchez-Bordona, ippreżentati fis-17 ta’ Ottubru 2018.
Deutsche Post AG vs Hauptzollamt Köln.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Artikolu 39 – Status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) – Applikant li ma huwiex persuna fiżika – Kwestjonarju – Ġbir ta’ data personali – Direttiva 95/46/KE – Artikoli 6 u 7 – Regolament (UE) 2016/679 – Artikoli 5 u 6 – Ipproċessar ta’ data personali.
Kawża C-496/17.
Európai esetjogi azonosító: ECLI:EU:C:2018:838
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fis‑17 ta’ Ottubru 2018 ( 1 )
Kawża C‑496/17
Deutsche Post AG
vs
Hauptzollamt Köln
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja))
“Domanda preliminari — Drittijiet u obbligi tal-persuni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali — Status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat — Kwestjonarju — Protezzjoni ta’ data personali — Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa — Uffiċċju tat-taxxa kompetenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul — Ipproċessar tad-data meħtieġ għat-twettiq ta’ obbligu legali — Prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskopijiet tal-ipproċessar ta’ data personali”
|
1. |
L-awtorità doganali Ġermaniża teħtieġ ċerta data personali tal-maniġers u tal-impjegati tal-impriżi li jaspiraw li jiksbu jew iżommu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat (iktar ’il quddiem, “AEO”), li permezz tiegħu jgawdu trattament iktar favorevoli mill-bqija tal-importaturi jew l-esportaturi. |
|
2. |
Id-domanda preliminari magħmula tikkonċerna l-limiti li d-dritt tal-Unjoni jimponi fuq dawn ir-rekwiżiti, kemm fil-qasam strettament doganali, kif ukoll fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
1. Il-leġiżlazzjoni doganali
a) Il-Kodiċi Doganali
|
3. |
L-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 952/2013 ( 2 ) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali”) jipprovdi: “1. Operatur ekonomiku li hu stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni u li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39 jista’ japplika għall-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat. […] 2. L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu jikkonsisti fit-tipi ta’ awtorizzazzjoni li ġejjin:
[…]” |
|
4. |
L-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi: “Il-kriterji biex jingħata status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom ikunu dawn li ġejjin:
[…]” |
b) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447
|
5. |
Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 ( 3 ): “[…] Meta l-applikant ma jkunx persuna fiżika, il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi għandu jitqies li ġie rispettat meta, matul l-aħħar tliet snin, ebda waħda mill-persuni li ġejjin ma tkun wettqet ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli ta’ tassazzjoni jew kellha rekord ta’ reati kriminali serji li għandhom x’jaqsmu mal-attività ekonomika tagħha:
|
c) Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/341
|
6. |
B’mod konformi mal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 ( 4 ): “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali dwar il-mezzi għall-iskambju u l-ħażna tad-dejta msemmija fl-Artikolu 278 tal-Kodiċi) sakemm jibdew joperaw is-sistemi elettroniċi li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi. 2. Ir-rekwiżiti tad-dejta, il-formats u l-kodiċijiet, li jridu jiġu applikati għall-perjodi tranżizzjonali stipulati f’dan ir-Regolment, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huma stabbiliti fl-Annessi għal dan ir-Regolament.” |
|
7. |
L-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat 2016/341 jipprovdi li: “1. Sad-data tal-aġġornament tas-sistema tal-AEO msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritjiet doganali jistgħu jippermettu li jintużaw mezzi oħrajn, minbarra t-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta jistgħu jintużaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-AEO, jew jistgħu jħallu lok għal kwalunkwe eventwalità li tista’ taffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali. 2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
|
8. |
Il-punt 19 tan-noti ta’ spjega għall-Anness 6 jipprovdi dwar il-kontenut tal-formola tat-talba għall-istatus ta’ AEO: “Isem, id-data u l-firma tal-applikant: Firma: il-firmatarju għandu jżid il-kariga tiegħu. Il-firmatarju għandu dejjem ikun il-persuna li tirrappreżenta l-applikant b’mod ġenerali. Isem: isem l-applikant u t-timbru tal-applikant. […]
[…]” |
2. Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data: Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679
|
9. |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 ( 5 ): “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
[…]” |
|
10. |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdi li: “Id-data personali għandha:
[…]” |
|
11. |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 jindika: “1. L-ipproċessar għandu jkun legali biss jekk u safejn mill-inqas ikun japplika wieħed mill-punti li ġejjin:
[…]
[…]
[…] 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi biex jadattaw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ pproċessar għal konformità mal-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 billi jiddeterminaw b’mod aktar preċiż rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar u miżuri oħrajn biex jiġi żgurat ipproċessar legali u ġust inkluż għal sitwazzjonijiet speċifiċi oħrajn ta’ pproċessar kif previst fil-Kapitolu IX. 3. Il-bażi għall-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandha tkun stipulata minn:
Il-fini tal-ipproċessar għandu jkun iddeterminat fdik il-bażi legali jew, fir-rigward tal-ipproċessar imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, għandu jkun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-atorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur. […] Il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa l-objettiv ta’ interess pubbliku u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu mfittex. 4. Fejn l-ipproċessar għal finijiet differenti minn dak li għalih id-data personali tkun inġabret ma jkunx ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data jew fuq liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja l-objettivi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-kontrollur għandu, sabiex jaċċerta jekk l-ipproċessar għal fini ieħor huwiex kompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret id-data personali inizjalment, jieħu kont, fost l-oħrajn, ta’:
|
|
12. |
Skont l-ittra (e) tal-Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/679: “Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-data tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’: […]
|
B. Id-dritt Ġermaniż
1. Il-Kodiċi tat-Taxxa
|
13. |
Fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti, l-Artikolu 139a(1) tal-Abgabenordnung (il-Kodiċi tax-Taxxi) jipprovdi: “Il-Bundeszentralamt für Steuern [(l-Uffiċċju Federali tat-Taxxa)] għandu jattribwixxi lil kull persuna taxxabbli, għall-identifikazzjoni inekwivokabbli tagħha fil-proċeduri fiskali, kodiċi uniku u permanenti (kodiċi ta’ identifikazzjoni), li għandu jiġi pprovdut mill-persuna taxxabbli jew minn terz li għandu jikkomunika d-data tal-istess persuna lill-awtoritajiet fiskali, fi kwalunkwe konsultazzjoni, dikjarazzjoni jew komunikazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun kompost minn sekwenza numerika li ma tistax tiġi kostrutta jew dedotta minn data oħra tal-persuna taxxabbli, u l-aħħar ċifra għandha tkun ċifra ta’ kontroll […]”. |
|
14. |
Skont l-Artikolu 139b: “(1) Persuna fiżika tista’ tirċievi biss numru ta’ identifikazzjoni wieħed […] (2) L-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jiksbu u jużaw in-numru ta’ identifikazzjoni biss meta jkun meħtieġ sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet legali tagħhom jew meta jkunu espressament awtorizzati jew ordnati jagħmlu dan minn dispożizzjoni legali. Korpi pubbliċi jew privati oħrajn jistgħu:
(3) L-Uffiċċju Federali tat-Taxxa għandu jirreġistra l-informazzjoni li ġejja dwar il-persuni fiżiċi:
[…]
[…]
(4) L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 3 għandha tiġi rreġistrata sabiex:
|
2. Il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul
|
15. |
L-Artikolu 38(1) u (3) tal-Einkommensteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul), fil-verżjoni applikabbli fil-mument li fih seħħew il-fatti, jippreskrivi: “(1) Fir-rigward tad-dħul mix-xogħol bis-salarju, it-taxxa fuq id-dħul għandha tinġabar permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn (taxxa fuq is-salarji), sakemm is-salarju jitħallas minn persuna li timpjega […] […] (3) Il-persuna li timpjega għandha tnaqqas it-taxxa fuq is-salarji, f’isem il-persuna impjegata, ma’ kull pagament ta’ salarji […]”. |
|
16. |
Skont l-Artikolu 39(1) u (4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul: “(1) Sabiex tiġi imposta t-taxxa f’ras il-għajn fuq is-salarji, għandhom jiġu ddeterminati, fuq talba tal-impjegat, l-elementi tat-taxxa f’ras il-għajn […] […] (4) L-elementi għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn huma:
[…]” |
|
17. |
Skont l-Artikolu 39e tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul: “(1) L-Uffiċċju Federali tat-Taxxa għandu jiddetermina, għal kull impjegat, ġeneralment b’mod awtomatiku, il-klassi tat-taxxa, kif ukoll, għall-ulied li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fuq il-bażi tal-klassijiet ta’ taxxa I sa IV, in-numru ta’ tnaqqis mit-taxxa għall-ulied dipendenti bħala data individwali għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn tat-taxxa fuq is-salarji (il-punti 1 u 2 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 39(4)). F’każ li l-uffiċċju tat-taxxa jiddetermina d-data individwali għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn skont l-Artikolu 39, huwa għandu jikkomunikahom lill-Uffiċċju Federali tat-Taxxa sabiex jagħmilhom disponibbli għal konsultazzjoni awtomatika mill-persuna li timpjega […] (2) L-Uffiċċju Federali tat-Taxxa għandu jirreġistra l-elementi għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn sabiex jagħmilhom disponibbli għall-konsultazzjoni awtomatika mill-persuna li timpjega, filwaqt li jindika n-numru ta’ identifikazzjoni u jżid, għal kull persuna taxxabbli, mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 139b(3) tal-Abgabenordnung (il-Kodiċi tat-Taxxa), dan li ġej:
[…] (4) Meta tinbeda relazzjoni ta’ impjieg, il-persuna impjegata għandha tikkomunika lil kull waħda mill-persuni li jimpjegawha, sabiex ikunu jistgħu jikkonsultaw id-data individwali għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn:
[…] Fil-bidu tal-kuntratt tax-xogħol, il-persuna li timpjega għandha tiġbor elettronikament, mill-Uffiċċju Federali tat-Taxxa, id-data individwali elettronika intiża għall-kalkolu tat-taxxa f’ras il-għajn dwar l-impjegat u tinkludihom fil-kont tas-salarju tal-impjegat. […] […]” |
II. Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
18. |
Deutsche Post AG kienet il-proprjetarja tal-awtorizzazzjonijiet doganali mogħtija skont ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ( 6 ) u r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ( 7 ), b’mod partikolari, bħala destinatarja awtorizzata u bħala kunsinnatarja awtorizzata. Hija tibbenefika wkoll minn garanzija globali sabiex tiffaċilita l-iskema ta’ tranżitu tal-Unjoni jew l-iskema ta’ tranżitu komuni u, minn meta bdiet l-applikazzjoni sħiħa tal-kodiċi doganali l-ġdid, mill-awtorizzazzjoni sabiex ikollha faċilità ta’ ħażna temporanja. |
|
19. |
Permezz ta’ ittra tad‑19 ta’ April 2017, il-Hauptzollamt (l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana) talab lil Deutsche Post timla u tibgħat, qabel id-19 ta’ Mejju 2017, il-kwestjonarju ta’ awtoevalwazzjoni, parti I (Informazzjoni tal-impriża) aċċessibbli fuq l-internet. Dan il-formularju jinkludi, inter alia, it-talbiet li ġejjin: “1.1.2 Indika, sa fejn applikabbli, il-forma ġuridika tal-impriża tiegħek: […]
1.1.6 Identifika l-maniġers prinċipali (diretturi ġenerali, diretturi tad-dipartimenti, direttur tal-kontabbiltà, direttur tal-affarijiet doganali, eċċ.) tal-impriża u ddeskrivi r-regoli ta’ rappreżentanza korrispondenti. L-informazzjoni minima li għandha tiġi indikata hija l-isem u l-kunjom, id-data tat-twelid, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-uffiċċju tat-taxxa kompetenti. […] 1.3.1 Identifika lil dawk responsabbli għal kwistjonijiet doganali fl-organizzazzjoni tiegħek jew lill-persuni li jittrattaw kwistjonijiet doganali (pereżempju, tekniċi doganali, direttur tal-affarijiet doganali), filwaqt li tindika l-isem u l-kunjom, id-data tat-twelid, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, l-uffiċċju tat-taxxa kompetenti u l-pożizzjoni fl-organizzazzjoni.” |
|
20. |
L-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana wissa lil Deutsche Post li jekk ma tipprovdix il-kooperazzjoni meħtieġa, ikun impossibbli li jiġi vverifikat jekk ikkonformatx mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni skont il-Kodiċi Doganali. Huwa wissa wkoll li kien ser jirrevoka l-awtorizzazzjonijiet permanenti jekk hija ma tikkooperax jew jekk hija ma tibqax tissodisfa dawn ir-rekwiżiti. |
|
21. |
Deutsche Post adixxiet lill-qorti tar-rinviju billi kkontestat l-obbligu li l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana jiġi informat bin-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (iktar ’il quddiem, “NIT”) tal-persuni msemmija fil-formularju ta’ awtoevalwazzjoni, kif ukoll id-dettalji tal-uffiċċji tat-taxxa kompetenti li fuqhom dawn jiddependu. Hija talbet lill-qorti tiddikjara li ma hijiex obbligata tirrispondi dik il-parti tal-formularju. |
|
22. |
Deutsche Post allegat, insostenn tat-talba tagħha, li:
|
|
23. |
L-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana oġġezzjona għall-argumenti ta’ Deutsche Post billi argumenta li t-talba tan-NIT hija essenzjali sabiex jiġu identifikati kif xieraq il-persuni kkonċernati meta ssir konsultazzjoni mal-uffiċċji tat-taxxa. L-iskambju ta’ informazzjoni huwa previst biss meta dawn l-uffiċċji msemmija jkunu jafu li sar ksur serju jew ksur ripetut tar-regoli ta’ tassazzjoni. F’dan ir-rigward, il-proċeduri kriminali jew l-proċeduri ta’ sanzjoni diġà magħluqa ma humiex rilevanti. Il-ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni fiskali jiġi kkunsidrat biss jekk il-frekwenza tiegħu tkun sproporzjonata fil-kuntest tan-natura u d-daqs tal-attività kummerċjali tal-applikant. |
|
24. |
Skont l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana, il-grupp ta’ persuni kkonċernati mid-domandi huwa konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 u mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-AEO. Dan l-uffiċċju jiddeċiedi każ b’każ, skont ir-riskju, fir-rigward ta’ liema persuni speċifiċi għandha tiġi skambjata l-informazzjoni mal-uffiċċji tat-taxxa. Fir-rigward tal-persuni impenjati bi kwistjonijiet doganali, il-konsultazzjoni hija limitata, fid-dipartimenti doganali kbar, għall-maniġers u l-persuni responsabbli. |
|
25. |
Il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) għandha dubji dwar jekk il-konsultazzjoni tad-data personali mitluba (in-NIT u l-uffiċċji tat-taxxa kompetenti għall-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni msemmija fil-punti 1.1.2(c), 1.1.6 u 1.3.1 tal-kwestjonarju) tikkostitwixxix ipproċessar legali ta’ tali data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, “il-Karta”). |
|
26. |
Hija għandha dubji wkoll fir-rigward tal-ħtieġa li wieħed juża d-data personali tal-impjegati u tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza tar-rikorrenti, miġbura sabiex tinġabar it-taxxa fuq id-dħul, peress li ma humiex direttament relatati mal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tagħhom fil-qasam doganali jew mal-attività ekonomika ta’ Deutsche Post. |
|
27. |
F’dan il-kuntest, din il-qorti tar-rinviju għamlet id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-[Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti lill-awtoritajiet doganali jeżiġu mingħand l-applikant li huwa jinformahom, fir-rigward tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza tiegħu u tal-impjegati tiegħu li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ diretturi ġenerali, kapijiet ta’ dipartimenti, ġestitur tas-servizzi ta’ kontabbiltà, kap tad-dipartiment doganali, kif ukoll tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni ta’ kwistjonijiet doganali u dawk inkarigati jittrattawhom, bin-numri ta’ identifikazzjoni fiskali mogħtija mill-[Uffiċċju Federali tat-Taxxa] għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul, kif ukoll bl-uffiċċji tat-taxxa responsabbli għall-istabbiliment tat-taxxa fuq id-dħul?” |
|
28. |
Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Deutsche Post, l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Ungeriż u l-Gvern Taljan, kif ukoll mill-Kummissjoni. Matul is-seduta, li saret fil‑5 ta’ Lulju 2018, dehru Deutsche Post, l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana u l-Kummissjoni. |
III. Risposta għad-domanda preliminari
|
29. |
Qabel l-analiżi tal-mertu, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema regoli tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data personali huma applikabbli f’din il-kawża. |
|
30. |
It-talba għall-komunikazzjoni tad-data ntbagħtet lil Deutsche Post fid‑19 ta’ April 2017, qabel, għalhekk, id-data tad-dħul fis-seħħ (il‑25 ta’ Mejju 2018) tar-Regolament (UE) 2016/679. Dak iż-żmien kienet fis-seħħ id-Direttiva 95/46/KE ( 8 ), minkejja l-fatt li kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-partijiet intervenuti fil-proċedura għad-deċiżjoni preliminari jitilqu mill-prinċipju, minbarra l-Kummissjoni, li l-imsemmi regolament japplika. |
|
31. |
L-ispjegazzjoni ta’ din l-anomalija apparenti tista’ tinstab fin-natura tal-proċedura nazzjonali ta’ oriġini. Kif spjegat fis-seduta, Deutsche Post ma kinitx ressqet azzjoni għal annullament (Anfechtungsklage) li l-qorti kellha tikkunsidra skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żmien li fih seħħew il-fatti, iżda hija għamlet biss azzjoni (Feststellungsklage) ( 9 ) li għandha tiġi solvuta skont is-sitwazzjoni ġuridika fis-seħħ fiż-żmien tas-seduta u s-sentenza. |
|
32. |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta d-dritt proċedurali nazzjonali tagħha, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix dwaru. Għalhekk, jekk, skont ir-regoli interni, hija tqis li t-tilwima għandha tiġi deċiża, ratione temporis, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u mhux skont id-Direttiva 95/46, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiċċara l-interpretazzjoni ta’ dan ir-regolament u mhux dik tad-Direttiva ( 10 ). |
|
33. |
Id-domanda preliminari tipprevedi l-interpretazzjoni, u mhux id-dikjarazzjoni eventwali ta’ invalidità, tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, għal liema skop għandu jitqies ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta ( 11 ). Nirrepeti li l-qorti tar-rinviju ma pprevedietx l-invalidità possibbli tal-istess artikolu, li sempliċement jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ AEO mingħajr ma jeħtieġ, fih innifsu, it-trażmissjoni jew l-ipproċessar ta’ data personali minn terz. |
A. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447
|
34. |
L-istatus ta’ AEO jagħti vantaġġi ( 12 ) lill-operaturi ekonomiċi li, fil-kuntest tal-operazzjonijiet doganali tagħhom, huma kkunsidrati affidabbli madwar l-Unjoni (l-Artikolu 5(5) tal-Kodiċi Doganali). Fost dawn il-vantaġġi, skont kif stabbilit fl-Artikolu 38(6) ta’ dan il-kodiċi, hemm dak li wieħed igawdi trattament iktar favorevoli mill-operaturi l-oħrajn, f’dak li jirrigwarda l-kontrolli doganali. Skont it-tip ta’ awtorizzazzjoni mogħtija, AEO jkun suġġett għal inqas kontrolli fiżiċi u ta’ dokumenti. |
|
35. |
Peress li l-AEO għandu jkollhom affidabbiltà u reputazzjoni vverifikati, l-għoti ta’ dan l-istatus huwa suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39 tal-Kodiċi Doganali ( 13 ), jiġifieri:
|
|
36. |
Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa mill-operaturi kollha li jitolbu l-istatus ta’ AEO, kemm jekk ikunu persuni ġuridiċi kif ukoll fiżiċi. F’din il-kawża, peress li Deutsche Post hija persuna ġuridika, il-kundizzjoni li din ma tkunx wettqet ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli ta’ tassazzjoni u li din ma tkunx instabet ħatja ta’ reati kriminali serji li għandhom x’jaqsmu mal-attività ekonomika tagħha huwa estiż għal xi wħud mill-impjegati tagħha (dawk bl-iktar funzjonijiet rilevanti elenkati hawn taħt) ( 14 ). Dan huwa speċifikat fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, li ġie adottat skont l-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi Doganali ( 15 ). |
|
37. |
Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, “il-persuna responsabbli għall-applikant jew li teżerċita kontroll fuq il-ġestjoni tiegħu” u “l-impjegat inkarigat għall-kwistjonijiet doganali tal-applikant” għandhom ikunu eżenti minn dawn l-akkużi ( 16 ). |
|
38. |
L-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 jiddetermina l-limiti li l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jaqbżu fit-talbiet tagħhom għal informazzjoni dwar iċ-ċirku ta’ persuni suġġetti għal investigazzjoni. Dawn għandhom josservaw ukoll dan l-artikolu f’termini tal-iskop li għandu jiġi segwit fil-ġbir tad-data ta’ dawn il-persuni. |
1. Persuni fiżiċi li jistgħu jiġu investigati qabel ma jingħata l-istatus ta’ AEO lil persuna ġuridika
|
39. |
Skont il-loġika tal-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, sabiex jingħata ( 17 ) l-istatus ta’ AEO, l-awtoritajiet doganali għandu jkollhom ċerta informazzjoni tal-maniġers prinċipali tal-impriżi, kif ukoll tal-persuni fiżiċi li jimmaniġġjaw l-attivitajiet doganali tagħha ( 18 ). |
|
40. |
Il-kliem tal-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 huwa restrittiv: huwa jsemmi esklużivament il-persuna responsabbli (tal-operatur li japplika għall-istatus ta’ AEO) jew li teżerċita kontroll fuq il-ġestjoni tiegħu u l-impjegat responsabbli għall-kwistjonijiet doganali. Dan l-Artikolu juża s-singular, sabiex tiġi imposta interpretazzjoni stretta, spjegata wkoll mill-fatt li l-informazzjoni kkomunikata hija data personali. Regola ta’ dritt sekondarju subordinata b’mod ġerarkiku għall-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, bħall-Anness 6 tar-Regolament Delegat 2016/341, ma tistax testendi l-kamp ta’ applikazzjoni personali tiegħu. |
|
41. |
Għalhekk, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiġbru biss data personali dwar:
|
|
42. |
Fuq il-bażi ta’ din il-premessa, naqbel mal-perspettiva tal-qorti tar-rinviju, li t-talba għad-data personali tal-membri tal-bord ta’ sorveljanza jew tal-kumitat konsultattiv ta’ impriża ma hijiex koperta mill-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447. Fl-istess spirtu, lanqas ma hemm bażi f’dan l-artikolu sabiex tkun meħtieġa l-informazzjoni tad-diretturi ta’ dipartimenti oħrajn u tad-diretturi tal-kontabbiltà, sakemm dawn il-persuni ma jkollhomx ukoll is-setgħa ta’ deċiżjoni finali fl-impriża jew jittrattaw il-kwistjonijiet doganali tagħha. |
2. Informazzjoni u data li tista’ tiġi rikjesta mill-awtoritajiet doganali
|
43. |
Kif diġà indikajt, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, tista’ tinkiseb biss l-informazzjoni indispensabbli sabiex jiġi vverifikat li l-persuna ma wettqitx “ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u tar-regoli ta’ tassazzjoni” u ma nstabitx ħatja ta’ “reati kriminali serji li għandhom x’jaqsmu mal-attività ekonomika [tal-applikant]”. |
|
44. |
Dan huwa, għalhekk, l-unika skop għaliex għandha tinġabar l-informazzjoni mill-awtoritajiet doganali. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax liema tip ta’ data hija xierqa sabiex jinkiseb l-għan tiegħu: huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw dan, bl-għarfien tajjeb li għandha tkun biss dik indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-(in)eżistenza tal-aġir li jaffettwa l-affidabbiltà tal-persuni prinċipali responsabbli tal-impriża. |
|
45. |
Sabiex jiġi vverifikat jekk l-impjegati, imsemmijin preċedentement, tal-impriża kandidata għall-istatus ta’ AEO għandhomx l-integrità meħtieġa sabiex igawdu l-fiduċja tal-awtorità doganali, l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 jelenka tliet kategoriji ta’ ksur:
|
|
46. |
Liema data tista’ tinġabar mill-awtoritajiet doganali, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447, sabiex tiġi identifikata l-preżenza ta’ dan il-ksur, bil-ħsieb li jingħata l-istatus ta’ AEO? |
|
47. |
L-Uffiċċju Federali tad-Dwana jsostni li għandu jkollu n-NIT u d-dettalji tal-uffiċċji tat-taxxa tad-diretturi u tal-impjegati ta’ Deutsche Post li jeżerċitaw kontroll fuq il-ġestjoni doganali tagħha. Huwa jgħid li b’dan il-mod biss jista’ jiġi vverifikat jekk ġiex imwettaq ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni, peress li ħafna taxxi fil-Ġermanja huma ġestiti mill-awtoritajiet reġjonali. In-NIT huwa d-data bażika sabiex tintalab bi preċiżjoni mingħand dawn l-awtoritajiet l-informazzjoni neċessarja dwar dawn il-persuni. |
|
48. |
Għall-kuntrarju, Deutsche Post tiżgura li s-sitwazzjoni tal-impjegati tagħha fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul ma hijiex rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk kienx sar ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni. Il-komunikazzjoni tan-NIT tagħhom, għalhekk, ma hijiex indispensabbli u lanqas xierqa sabiex tiġi ddeterminata l-affidabbiltà tagħhom fil-qasam tal-ġestjoni doganali. |
|
49. |
Mill-osservazzjonijiet bil-miktub u l-ispjegazzjonijiet mogħtija waqt is-seduta jirriżulta li n-NIT huwa identifikatur personali użat fir-relazzjonijiet bejn il-persuni fiżiċi u l-awtorità fiskali Ġermaniża għal diversi kwistjonijiet. Hemm qbil li l-użu primarju tiegħu huwa għall-ġestjoni tat-taxxa fuq id-dħul, li jispjega r-rabta tiegħu, fil-kawża prinċipali, mad-dettalji tal-uffiċċji tat-taxxa kompetenti għall-kalkolu tagħha. |
|
50. |
L-interpretazzjoni tad-dritt Ġermaniż ma għandhiex issir mill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda mill-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar issostni li n-NIT assenjati mill-Uffiċċju Federali tat-Taxxa lill-impjegati ta’ Deutsche Post (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 139a(1) tal-Kodiċi tat-Taxxa) jistgħu jinġabru u jinħażnu biss għall-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul, permezz tat-taxxa f’ras il-għajn fuq is-salarji (il-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 39e(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul). |
|
51. |
Id-data personali tal-impjegati ta’ Deutsche Post, miġbura bl-iskop diġà invokat, skont il-qorti tar-rinviju, ma għandhiex relazzjoni diretta mal-attività ekonomika ta’ din l-impriża u għalhekk ma hijiex xierqa sabiex tiġi evalwata l-affidabbiltà tagħha fil-qasam doganali ( 23 ). |
|
52. |
Madankollu, nemmen li, mill-perspettiva tal-leġiżlazzjoni doganali, xejn ma jwaqqaf lill-awtorità Ġermaniża milli titlob in-NIT (u l-isem tal-uffiċċju kompetenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul) tad-direttur u tal-persuna inkarigata mill-kwistjonijiet doganali tal-impriża li tapplika għall-istatus ta’ AEO. Mingħajr preġudizzju għal dak li ser nispjega iktar ’il quddiem dwar il-protezzjoni ta’ din id-data personali, ir-reġistrazzjoni tagħha tista’ sservi sabiex jiġi vverifikat li dawn il-persuni ma wettqux ksur. |
|
53. |
L-argument tal-qorti tar-rinviju jista’ jkun rilevanti fil-każ li jkun hemm separazzjoni (li tidher li qed tirreferi għaliha) bejn l-informazzjoni li tista’ tinkiseb min-NIT, li neċessarjament tirreferi għal kull persuna fiżika, u l-attività tal-impriża. Madankollu, l-għan ta’ din il-verifika huwa li jiġi kkonfermat, preċiżament, jekk iż-żewġ persuni fiżiċi li jwettqu l-funzjonijiet rilevanti fl-entità kandidata għall-AEO wettqux, matul l-aħħar tliet snin, nuqqasijiet personali (jiġifieri, mhux tal-impriża) li jnaqqas l-affidabbiltà tagħhom, fejn in-nuqqas ta’ integrità tagħhom — jekk ikunu ġew issanzjonati fil-passat — iħammeġ, biex ngħidu hekk, lill-entità li tagħha huma jwettqu t-tmexxija ġenerali jew doganali. |
B. L-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali
|
54. |
Bħal data analoga oħra ta’ natura fiskali kklassifikata bħala tali mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 24 ), in-NIT huwa data personali fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4 tal-Regolament (UE) 2016/679, minħabba li dan huwa informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli ( 25 ). |
|
55. |
L-indikazzjoni tal-uffiċċji tat-taxxa kompetenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuna partikolari tidher, fid-digriet tar-rinviju, marbuta mill-qrib man-NIT, minħabba l-istruttura federali tas-sistema fiskali Ġermaniża. F’dan il-kuntest, informazzjoni tat-taxxa relatata ma’ persuna identifikata jew identifikabbli tista’ titqies li hija anċillari. |
|
56. |
Kif tindika l-qorti tar-rinviju, il-konsultazzjoni awtomatizzata tan-NIT tippermetti aċċess għal informazzjoni partikolarment sensittiva ( 26 ). Dan huwa, għalhekk, strument li jippermetti l-identifikazzjoni tal-persuna li jkollha dan in-numru u l-ksib ta’ ċerta informazzjoni dwar il-ħajja privata u l-familja tagħha li hija miżmuma mill-awtorità. |
|
57. |
L-attività li tiżviluppa madwar in-NIT fir-relazzjonijiet bejn l-awtorità doganali u l-kandidati għall-istatus ta’ AEO tista’ tiġi kklassifikata bħala ġbir jew bħala komunikazzjoni permezz ta’ trażmissjoni. Fiż-żewġ każijiet, din tagħti lok għal ipproċessar ta’ data, fis-sens ta’ punt 2 tal-Artikolu 4 tal-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità doganali Ġermaniża titlob in-NIT, torganizzahom u tużahom sabiex titlob lill-uffiċċji tat-taxxa kompetenti informazzjoni dwar ksur serju jew ksur ripetut possibbli tal-leġiżlazzjoni tat-tassazzjoni mwettaq minn dawn il-persuni. Is-sempliċi kisba ta’ din id-data diġà tinvolvi pproċessar, bħal ma huwa, sa ċertu punt, l-organizzazzjoni u l-użu sussegwenti tagħha sabiex tinkiseb informazzjoni dwar dawn il-persuni ( 27 ). |
|
58. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis ukoll li jsir ipproċessar ta’ data meta tintbagħat data minn korp pubbliku għal ieħor ( 28 ), kif ukoll meta persuna li timpjega tibgħat data personali lil awtorità nazzjonali ( 29 ). Għalhekk, it-trażmissjoni ta’ data personali ta’ diretturi u impjegati ta’ Deutsche Post lill-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana tikkostitwixxi “pproċessar ta’ data” għall-finijiet tal-Regolament (UE) 2016/679. |
|
59. |
L-Artikolu 5(1)(b) tal-Regolament (UE) 2016/679 jindika bħala l-prinċipju ta’ gwida tat-trattament dak tal-limitazzjoni tal-iskop, skont liema “d-data personali għandha […] tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet” ( 30 ). |
|
60. |
Għalhekk, hemm bżonn li jiġi deċiż jekk l-użu mill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi tan-NIT tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-kwistjonijiet doganali ta’ Deutsche Post, meħtieġa minn din l-entità tal-aħħar, huwiex kompatibbli mal-għan mogħti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ġbir ta’ din id-data personali. |
|
61. |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji f’dan ir-rigward ( 31 ) u taħseb li ma hemmx relazzjoni diretta bejn in-NIT u l-uffiċċji tat-taxxa kompetenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul tad-diretturi u l-impjegati, u l-attivitajiet doganali ta’ Deutsche Post. Kif ġie żvelat matul is-seduta u kif jiena spjegajt preċedentement, id-dritt Ġermaniż jipprovdi għall-użu ta’ din id-data fiskali, essenzjalment iżda mhux esklużivament, fir-relazzjonijiet tax-xogħol bejn il-persuna li timpjega u l-impjegat għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul. |
|
62. |
In-NIT (u, b’mod aċċessorju, l-indikazzjoni tal-uffiċċji tat-taxxa kompetenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul) huma, għalhekk, data personali li ma tkunx ġiet imfassla għall-użu fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn impriża u l-awtorità doganali Ġermaniża għall-finijiet tal-kisba jew taż-żamma tal-istatus ta’ AEO. Għalhekk, dan huwa pproċessar ta’ data personali li, fil-prinċipju, ma huwiex konformi mal-iskop li għalih hija inġabret, bi ksur tar-regola tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679. |
|
63. |
Madankollu, ipproċessar ta’ data personali ta’ dan it-tip jista’, madankollu, ikun iġġustifikat. Ikun biżżejjed, pereżempju, li l-persuni fiżiċi kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom, skont l-Artikolu 6(1)(a) tal-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, jirriżulta li l-impjegati ta’ Deutsche Post ma jagħtux il-kunsens tagħhom, u allura, din is-soluzzjoni hija eskluża. |
|
64. |
Ġustifikazzjonijiet oħra possibbli jinsabu fl-Artikolu 6(1) ( 32 ) skont liema l-ipproċessar tad-data huwa illegali meta jkun meħtieġ “għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur” (il-punt c)) jew “għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur” (il-punt e)) ( 33 ). Fiż-żewġ każijiet, l-Artikolu 6(3) tal-Regolament (UE) 2016/679 jistipula li l-bażi tal-ipproċessar għandha tiġi stabbilita mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt tal-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-persuna responsabbli għall-ipproċessar. |
|
65. |
Il-legalità tat-talba u tal-ipproċessar ta’ data personali li l-awtorità doganali timponi fuq Deutsche Post hija bbażata fuq l-obbligu legali ( 34 ) impost fuq din l-awtorità sabiex tivverifika li l-għoti tal-istatus ta’ AEO jingħata biss lil impriżi li d-diretturi u l-persuni responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tagħha ma jkunux wettqu l-ksur imsemmi qabel. Dan l-obbligu legali joħroġ, finalment, mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2015/2447. Nifhem, għalhekk, li l-ġustifikazzjoni ddikjarata fl-Artikolu 6(1)(c) tal-Regolament (UE) 2016/679 hija applikabbli. |
|
66. |
Il-legalità tal-ipproċessar tan-NIT tad-direttur u tal-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali ta’ impriża, għall-finijiet tal-għoti tal-istatus ta’ AEO, tista’ tkun ibbażata wkoll fuq “[l]-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;” (l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/679) ( 35 ), peress li huwa indispensabbli għall-awtorità doganali li teżerċita s-setgħa pubblika li ġiet mogħtija lilha sabiex tikkontrolla lill-impriżi bi status ta’ AEO. Dan l-istatus jimplika ċerta delega tal-funzjonijiet ta’ kontroll doganali favur l-AEO, li hija nnewtralizzata minn diskrezzjoni wiesgħa tal-awtorità sabiex tivverifika u tissorvelja l-affidabbiltà tiegħu. |
|
67. |
It-talba u l-ipproċessar tad-data inkwistjoni fit-tilwima, li huma legali minħabba li huma bbażati fuq l-Artikolu 6(1)(c) u (e) tar-Regolament (UE) 2016/679, jistgħu jiġġeneraw ċerti limiti għad-drittijiet li l-Artikoli 12 sa 22 tal-Regolament (UE) 2016/679 jirrikonoxxu lid-detenturi ta’ din id-data personali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana, meta dan jipproċessa din id-data, jillimitax ċerti drittijiet tal-persuni kkonċernati, pereżempju, id-drittijiet ta’ aċċess, ta’ rettifika, ta’ tħassir jew ta’ oppożizzjoni. |
|
68. |
Dawn il-limitazzjonijiet, jekk jeżistu, jistgħu jkunu ġġustifikati minn xi wħud mill-“objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż, kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali” (l-Artikolu 23(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679). Il-miżura imposta fuqhom għandha tirrispetta wkoll “l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali” u tkun “meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika” ( 36 ). |
|
69. |
Fil-fehma tiegħi, l-għan li tiġi żgurata l-affidabbiltà doganali tad-direttur u tal-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali ta’ impriża, għall-finijiet tal-għoti tal-istatus ta’ AEO, jikkorrispondi għall-għan ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni u tal-Istat Ġermaniż, minn perspettiva ekonomika, fiskali u baġitarja. Il-kontroll tal-affidabbiltà tal-AEO jiffavorixxi l-ġbir tad-dazji doganali, li huma riżors proprju tal-Unjoni, li l-Istati Membri jħallsu u jittrasferixxuhom fil-baġit tal-Unjoni wara t-tnaqqis ta’ perċentwali għall-ġestjoni amministrattiva. |
|
70. |
In-nuqqas ta’ integrità tad-direttur tal-impriża u tal-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tagħha huma fatturi li jistgħu jikkompromettu l-affidabbiltà doganali ta’ din l-impriża, b’impatt dirett fuq l-għoti tal-istatus ta’ AEO ( 37 ). Kif wissejt fil-konklużjonijiet tiegħi tal-kawża Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato ( 38 ), huwa loġiku […] li n-nuqqas ta’ kredibbiltà tagħhom tiġi evalwata mill-perspettiva tal-atti kriminali mwettqa minn dawk responsabbli għall-ġestjoni tagħhom. |
|
71. |
Din iċ-ċirkustanza tiġġustifika li l-awtorità doganali tkun tista’ tinvestiga l-informazzjoni arkivjata tat-taxxa ta’ dawn id-diretturi, li tinkludi l-passat tagħhom fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul. Jekk id-direttur tal-impriża jew il-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tagħha jkunu wettqu ksur relatat mal-ġbir ta’ din t-taxxa, jew kwalunkwe ksur ieħor, nemmen li l-awtorità doganali għandha tkun tista’ tikseb informazzjoni dwar dan il-ksur. |
|
72. |
Bl-istess mod, il-ġbir u l-użu ta’ data ta’ dan it-tip huma mezzi proporzjonati sabiex jintlaħaq l-għan ipprovdut fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447 ( 39 ). Skont id-dikjarazzjonijiet magħmula waqt is-seduta mill-Uffiċċju Federali tat-Taxxa, fid-dritt Ġermaniż ma jeżistux mezzi alternattivi oħrajn inqas restrittivi, u għalhekk l-istruttura federali tal-Istat Ġermaniż tipprovdi li ċerti taxxi, bħat-taxxa fuq id-dħul, huma ġestiti mill-awtoritajiet reġjonali. In-NIT huwa l-iktar mezz xieraq sabiex l-awtorità doganali (federali) tiġbor u tikseb l-informazzjoni fiskali miżmuma mid-diversi awtoritajiet reġjonali ( 40 ). |
|
73. |
Għandhom isiru żewġ preċiżjonijiet tal-aħħar:
|
IV. Konklużjoni
|
74. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta lill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) b’dan il-mod:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1).
( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni tal‑24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU 2015, L 343, p. 558, minn issa ’l quddiem ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2447).
( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni tas‑17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU 2016, L 69, p. 1).
( 5 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU 2016, L 119, p. 1).
( 6 ) Regolament tal-Kunsill tat‑12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
( 7 ) Regolament tal-Kummissjoni tat‑2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6 p. 3).
( 8 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
( 9 ) Skont il-punt 5 tad-digriet tar-rinviju, “[i]r-rikorrenti titlob li jiġi ddikjarat li […]”.
( 10 ) F’kull każ, is-soluzzjoni ma hijiex ser tvarja b’mod sostanzjali billi tiġi applikata waħda jew l-oħra, peress li r-Regolament (UE) 2016/679 juża ħafna mill-kontenut tad-Direttiva 95/46, li huwa jissostitwixxi.
( 11 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet “li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46, sa fejn jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali li tista’ tippreġudika l-libertajiet fundamentali u, b’mod partikolari, id-dritt għall-ħajja privata, għandhom neċessarjament jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali żgurati mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea” (sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Schrems, C‑362/14, EU:C:2015:650, punt 38; u tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni, C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 39).
( 12 ) Dawn il-vantaġġi jinkludu b’mod partikolari: faċilità ikbar li wieħed jibbenefika minn proċeduri doganali ssemplifikati; notifika minn qabel rigward it-twettiq ta’ kontroll doganali; inqas kontrolli fiżiċi u ta’ dokumenti b’paragun ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn fir-rigward tal-kontrolli doganali; trattament prijoritarju tat-trasferimenti magħżulin għall-ispezzjoni; il-possibbiltà li jiġi magħżul il-post tal-ispezzjoni; u vantaġġi “indiretti”, mhux riflessi b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni doganali, iżda li jista’ jkollhom effett pożittiv ħafna fuq l-operazzjonijiet kummerċjali ġenerali tal-AEO. Il-fatt li AEO jissodisfa l-kriterji tal-protezzjoni u tas-sigurtà jfisser li s-sigurtà u l-protezzjoni fil-katina tal-provvista huma ggarantiti.
( 13 ) Skont l-Artikolu 38(4) tal-Kodiċi Doganali, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kollha jirrikonoxxu l-istatus tal-AEO mogħti minn Stat Membru.
( 14 ) Inqis li, minbarra l-impjegati tagħha, l-impriża applikanti nnifisha għandha tissodisfa dawk l-istess rekwiżiti.
( 15 ) L-Artikolu 41(1) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi li “[l]-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 39”.
( 16 ) L-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 jipprovdi li l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ AEO għandhom jiġu sottomessi permezz tal-format tal-formola stipulat fl-Anness 6. F’dan l-anness, il-punt 19 tan-noti ta’ spjega jindika li għandha tiġi inkluża l-firma tal-persuna li tirrappreżenta l-applikant b’mod ġenerali, u tiġi indikata l-pożizzjoni tiegħu, l-isem u t-timbru. Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi, fost informazzjoni oħra, dawn li ġejjin: “[l]-ismijiet ta’ dawk li għandhom il-karigi ewlenin (diretturi maniġerjali, kapijiet tad-diviżjonijiet, maniġers tal-kontabilità, kapijiet tad-diviżjoni doganali, eċċ.). Deskrizzjoni tar-rutini adottati f’sitwazzjonijiet fejn l-impjegat kompetenti mhuwiex preżenti, b’mod temporanju jew permanenti.”
( 17 ) Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, minn issa ’l quddiem, ser nirreferi biss għall-għoti tal-istatus ta’ AEO, iżda l-argumenti jistgħu jiġu estiżi għaż-żamma ta’ dan l-istatus.
( 18 ) Ara l-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, TAXUD/B2/047/2011-REV6, tal‑11 ta’ Marzu 2016, p. 126 u 127, li jinkludu l-informazzjoni li għandhom jipprovdu l-impriżi fil-kwestjonarji ta’ awtoevalwazzjoni tal-istatus tal-AEO.
( 19 ) Jekk l-eżerċizzju ta’ din il-funzjoni ta’ tmexxija kien konġunt, l-applikazzjoni għad-data tista’, loġikament, tiġi estiża għal dawk li jwettquha taħt din l-iskema konġunta.
( 20 ) Din tfisser “il-korp leġislattiv magħmul minn dan kollu li ġej: a) il-Kodiċi u l-provvedimenti li jissupplimentawh jew jimplimentawh adottati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali; b) it-Tariffa Doganali Komuni; c) il-leġislazzjoni li tistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali; u d) ftehimiet internazzjonali li jinkludu provvedimenti doganali, sa fejn dawn ikunu applikabbli fl-Unjoni”.
( 21 ) Inter alia, it-taxxi li jirreferu għat-traffiku ta’ merkanzija u servizzi, li għandhom rabta diretta mal-attività ekonomika tal-applikant (dan huwa l-każ, pereżempju, tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (il-VAT)), id-dazji tas-sisa u dawk relatati mat-tassazzjoni tal-impriżi.
( 22 ) Fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, TAXUD/B2/047/2011-REV6, tal‑11 ta’ Marzu 2016, p. 37, hemm reati bħall-falliment frawdolenti (insolvenza); kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni tas-saħħa; ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali, bħall-moviment transkonfinali illegali ta’ skart perikoluż; frodi fuq prodotti u teknoloġija b’użu doppju; l-appartenenza f’organizzazzjoni kriminali; it-tixħim u l-korruzzjoni; il-kriminalità ċibernetika; il-ħasil tal-flus; il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’negozji marbutin ma’ attivitajiet terroristiċi; jew il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-promozzjoni jew l-appoġġ tal-migrazzjoni illegali lejn l-Unjoni Ewropea.
( 23 ) Punt 16 tad-deċiżjoni tar-rinviju.
( 24 ) Sentenzi tal‑1 ta’ Ottubru 2015, Bara et (C‑201/14, EU:C:2015:638), punt 29; u tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár (C‑73/16, EU:C:2017:725), punt 41.
( 25 ) Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rispett tad-dritt għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali japplika għall-informazzjoni kollha dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 52, u tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Schwartz, C‑291/12, EU:C:2013:670, punt 26).
( 26 ) Inter alia, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, l-appartenenza legali għal komunità reliġjuża li tiġbor it-taxxa; id-dati tal-adeżjoni u tal-irtirar; l-istat ċivili u d-data tal-ħolqien jew it-tmiem tiegħu; possibbilment, in-NIT tal-konjuġi u tal-ulied tal-impjegat, fir-rigward tat-tnaqqis mit-taxxa għal ulied dipendenti.
( 27 ) Fis-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár (C‑73/16,EU:C:2017:725, punt 34), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala “pproċessar tad-data” l- inklużjoni f’lista tal-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali u n-NIT ta’ persuni li jservu bħala nominees għal pożizzjonijiet ta’ diretturi. Din il-lista tħejjiet mid-Direttorat tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Ġlieda kontra l-Kriminalità Finanzjarja tar-Repubblika Slovakka, u, kemm il-kisba kif ukoll l-użu tagħha mill-awtoritajiet tat-taxxi differenti huma pproċessar ta’ data.
( 28 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2015, Bara et (C‑201/14, EU:C:2015:638), punt 29.
( 29 ) “Il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, il-konservazzjoni, il-konsultazzjoni, l-użu ta’ tali data minn persuna li timpjega kif ukoll it-trażmissjoni tagħha minn din tal-aħħar lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, għaldaqstant għandhom in-natura ta’ ‘pproċessar ta’ data personali’, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/76” (enfasi miżjuda) (sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2013, Worten, C‑342/12, EU:C:2013:355, punt 20).
( 30 ) Dan l-artikolu jżid li, “f’konformità mal-Artikolu 89(1), l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika ma għandux jitqies bħala inkompatibbli mal-finijiet inizjali (‘limitazzjoni tal-fini’)”.
( 31 ) Skont il-qorti tar-rinviju, “in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa assenjati mill-Uffiċċu Federali tat-Taxxa lill-impjegati li jaħdmu mar-rikorrenti (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 139a(1) tal-Kodiċi tat-Taxxa) jistgħu jinġabru u jinħażnu biss għall-irkupru tat-taxxa fuq id-dħul, permezz tat-taxxa f’ras il-għajn fuq is-salarji (il-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 39e(4) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul). Għalhekk, id-data personali tal-impjegati tar-rikorrent miġbura għal dak il-għan ma hijiex relatata direttament mal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tagħha għal finijiet doganali. B’mod partikolari, id-data personali tal-impjegati tar-rikorrenti li ġew miġbura għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn fuq is-salarji ma humiex relatati mal-attività ekonomika tar-rikorrenti nnifisha”.
( 32 ) Huwa xieraq li wieħed jiftakar ukoll li mill-għan li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni fl-Istati Membri mfittex mid-Direttiva 95/46 jirriżulta li l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi lista eżawrjenti u vinkolanti ta’ każijiet fejn l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jiġi kkunsidrat legali (sentenzi tal‑24 ta’ Novembru 2011, Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito (C‑468/10 u C‑469/10, EU:C:2011:777, punt 30), u tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár (C‑73/16, EU:C:2017:725, punt 105)). Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi estrapolata għal-lista fl-Artikolu 6(1) tal-Regolament 2016/679.
( 33 ) Sentenzi tal‑20 ta’ Mejju 2003, Österreichischer Rundfunk et (C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01, EU:C:2003:294, punt 64), u tat‑30 ta’ Mejju 2013, Worten (C‑342/12, EU:C:2013:355, punt 36).
( 34 ) Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “[i]r-rekwiżit […] li jgħid li kull limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali għandha tkun prevista mil-liġi jimplika li l-bażi legali li tippermetti l-indħil f’dawn id-drittijiet għandha tiddefinixxi hija stess il-portata tal-limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-dritt ikkonċernat” (ara, f’dan is-sens, l-Opinjoni 1/15 (Ftehim PNR UE-Kanada), tas‑26 ta’ Lulju 2017, EU:C:2017:592, punt 139; u s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2015, WebMindLicensesC‑419/14, EU:C:2015:832, punt 81).
( 35 ) Fis-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár (C‑73/16, EU:C:2017:725, punti 106 sa 109), il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet li lista ta’ persuni kkunsidrati mid-direttorat tal-finanzi tas-Slovakkja bħala nominees, stabbilita għat-titjib tal-ġbir tat-taxxa u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali, kienet taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46 (dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/679) minħabba li l-għanijiet tagħha kienu, realment, missjonijiet ta’ interess pubbliku.
( 36 ) Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, il-limitazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data personali, li hija żgurata permezz tal-Artikolu 8(1) tagħha għandhom jiġu stabbiliti billi jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità u mingħajr ma jinqabżu l-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju (sentenzi tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et, C‑293/12, u C‑594/12, EU:C:2014:238, punt 52; tal‑11 ta’ Diċembru 2014, Ryneš, C‑212/13, EU:C:2014:2428, punt 28; u tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Schrems, C‑362/14, EU:C:2015:650, punt 92).
( 37 ) F’oqsma oħrajn tad-dritt tal-Unjoni hemm ukoll każijiet li fihom in-nuqqas ta’ onorabbiltà jew ta’ integrità tad-diretturi ta’ impriża jaffettwaw l-abbiltà tagħha sabiex twettaq attività ekonomika jew tibbenefika minn privileġġ. Pereżempju, id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU 2013 L 176, p. 338), tindika, fl-Artikolu 23(1)(b) tagħha, li, f’dak li jirrigwarda l-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kkwalifikati f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, “l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkun qiegħed jiġi propost l-akkwist, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-sodizza finanzjarja tal-akkwist propost skont il-kriterji li ġejjin: […] b) ir-reputazzjoni, għarfien, ħiliet u l-esperjenza, kif imniżżel fl-Artikolu 91(1), ta’ kwalunkwe membru tal-korp ta’ ġestjoni u kwalunkwe membru tal-amministrazzjoni għolja li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu bħala riżultat tal-akkwist propost”. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi tas‑27 ta’ Ġunju 2018, Berlusconi u Fininvest, C‑219/17, EU:C:2018:502.
( 38 ) Kawża C‑178/16 (EU:C:2017:487, punt 54). Fil-punt 34 tas-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017 (EU:C:2017:1000), f’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “[d]-dritt tal-Unjoni jibda bil-premessa li tgħid li l-persuni ġuridiċi jaġixxu permezz tar-rappreżentanti tagħhom. L-aġir li jmur kontra l-kondotta professjonali mwettaq minn dawn tal-aħħar jista’, għalhekk, jikkostitwixxi fattur rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kondotta professjonali ta’ impriża. Konsegwentement huwa perfettament permissibbli li l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħhom biex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni fakultattivi, fost l-elementi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-integrità l-impriża offerenti, l-eventwali eżistenza ta’ aġiri ta’ amministraturi ta’ din l-impriża li jmorru kontra l-kondotta professjonali”.
( 39 ) F’dak li jikkonċerna l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-protezzjoni tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata fuq livell tal-Unjoni teżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li d-derogi għall-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet ta’ din il-protezzjoni ma jaqbżux dak li huwa strettament neċessarju (sentenzi tat‑8 ta’ April 2014, Digital Rights Ireland et, C‑293/12 u C‑594/12, EU:C:2014:238, punti 51 u 52; tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Schrems, C‑362/14, EU:C:2015:650, punt 92; tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Tele2 Sverige u Watson et, C‑203/15 u C‑698/15, EU:C:2016:970, punt 96; tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár, C‑73/16, EU:C:2017:725, punt 112).
( 40 ) Waqt is-seduta ġie diskuss jekk it-tressiq, mill-impriża, ta’ ċertifikati ta’ konformità fiskali tad-direttur tagħha u tal-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tistax tkun għażla inqas restrittiva. Kif spjega l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dwana, dan ma huwiex il-każ, peress li dawk iċ-ċertifikati għandhom jintalbu direttament u jkunu responsabbiltà ta’ dawn il-persuni u, barra minn hekk, fihom iktar informazzjoni milli hija essenzjali għall-finijiet tal-istatus tal-AEO. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa dawn l-allegazzjonijiet, fost allegazzjonijiet oħrajn, dwar dan il-punt.
( 41 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2015, Bara et (C‑201/14, EU:C:2015:638), punt 40.