Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0707

    Kawża C-707/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rayonen sad Svilengrad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontrol ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni — Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali — Miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata — Sanzjoni ta’ priġunerija — Multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur — Proporzjonalità)

    ĠU C 341, 24.9.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 341/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rayonen sad Svilengrad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu

    (Kawża C-707/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontrol ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata - Sanzjoni ta’ priġunerija - Multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur - Proporzjonalità))

    (2018/C 341/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad Svilengrad

    Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu

    Dispożittiv

    L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża pinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minn naħa, miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata u, min-naħa l-oħra, sanzjoni ta’ priġunerija b’massimu ta’ sitt snin jew multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur.


    (1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


    Top