Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0667

    Kawża C-667/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoro (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Artikolu 2(4) — Kunċett ta’ “benefiċjarju” — Artikolu 80 — Projbizzjoni li jsir tnaqqis fuq is-somom imħallsa — Tnaqqis speċifiku ieħor jew b’effett ekwivalenti — Kunċett — Borża ta’ studju kkofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew — Assimilazzjoni għad-dħul mill-impjieg — Żamma bħala ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq id-dħul miżjud ma’ taxxi reġjonali u komunali addizzjonali)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoro

    (Kawża C-667/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Artikolu 2(4) - Kunċett ta’ “benefiċjarju” - Artikolu 80 - Projbizzjoni li jsir tnaqqis fuq is-somom imħallsa - Tnaqqis speċifiku ieħor jew b’effett ekwivalenti - Kunċett - Borża ta’ studju kkofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew - Assimilazzjoni għad-dħul mill-impjieg - Żamma bħala ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq id-dħul miżjud ma’ taxxi reġjonali u komunali addizzjonali))

    (2019/C 65/21)

    Lingwa tal-kawża: it-Ta; jan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Francesca Cadeddu

    Konvenuti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoroirgil Mailat, Delia Elena Mailat, Apcom Select SA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi l-ammonti li huma mogħtija lilhom bħala boroż ta’ studju mill-korp pubbliku responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm opeattiv ikkonċernat, fis-sens tal-Artikolu 2(3) tal-imsemmi regolament, u ffinanzjat permezz tal-fondi strutturali Ewropej.


    (1)  ĠU C 52, 12.02.2018.


    Top