EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0624

Kawża C-624/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjizi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra Tronex BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Trasferimenti — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Punt 1 tal-Artikolu 2 — Direttiva 2008/98/KE — Punt 1 tal-Artikolu 3 — Kunċetti ta’ “trasferiment ta’ skart” u ta’ “skart” — Lot ta’ oġġetti inizjalment intiżi għall-bejgħ bl-imnut, irritornati minn konsumaturi jew li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjizi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra Tronex BV

(Kawża C-624/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Trasferimenti - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Punt 1 tal-Artikolu 2 - Direttiva 2008/98/KE - Punt 1 tal-Artikolu 3 - Kunċetti ta’ “trasferiment ta’ skart” u ta’ “skart” - Lot ta’ oġġetti inizjalment intiżi għall-bejgħ bl-imnut, irritornati minn konsumaturi jew li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ)

(2019/C 305/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Tronex BV

Dispożittiv

It-trasferiment lejn pajjiż terz ta’ lott ta’ apparati elettriċi u elettroniċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kienu intiżi inizjalment għall-bejgħ bl-imnut iżda li kienu s-suġġett ta’ ritorn mill-konsumatur jew li, għal diversi raġunijiet, ġew irritornati mill-kummerċjant lill-fornitur tiegħu, għandu jitqies li huwa “trasferiment ta’ skart”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 2 tiegħu, u tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, meta dan il-lott ikun jinkludi apparati li l-funzjonament tajjeb tagħhom ma jkunx ġie kkonstatat minn qabel jew li ma jkunux protetti b’mod korrett kontra l-ħsarat marbuta mat-trasport. Min-naħa l-oħra, tali oġġetti li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ, li jkunu jinsabu fl-ippakkjar oriġinali mhux miftuħ tagħhom, ma għandhomx, fl-assenza ta’ indizji kuntrarji, jitqiesu li huma skart.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


Top