Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0623

    Kawża KawżaC-623/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Investigatory Powers Tribunal – Londra – Ir-Renju Unit) – Privacy International vs Secretary of State for Foreign and Commonwealth Affairs, Secretary of State for the Home Department, Government Communications Headquarters, Security Service, Secret Intelligence Service (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal komunikazzjonijiet elettroniċi – Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Trażmissjoni ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni ta’ data relatata mat-traffiku u ta’ data ta’ lokalizzazzjoni – Salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali – Direttiva 2002/58/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(3) u Artikolu 3 – Kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Protezzjoni – Artikolu 5 u Artikolu 15(1) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) – Artikolu 4(2) TUE)

    ĠU C 433, 14.12.2020, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 433/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Investigatory Powers Tribunal – Londra – Ir-Renju Unit) – Privacy International vs Secretary of State for Foreign and Commonwealth Affairs, Secretary of State for the Home Department, Government Communications Headquarters, Security Service, Secret Intelligence Service

    (Kawża KawżaC-623/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali fis-settur tal komunikazzjonijiet elettroniċi - Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Trażmissjoni ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni ta’ data relatata mat-traffiku u ta’ data ta’ lokalizzazzjoni - Salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali - Direttiva 2002/58/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(3) u Artikolu 3 - Kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Protezzjoni - Artikolu 5 u Artikolu 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) - Artikolu 4(2) TUE)

    (2020/C 433/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Investigatory Powers Tribunal – London

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Privacy International

    Konvenuti: Secretary of State for Foreign and Commonwealth Affairs, Secretary of State for the Home Department, Government Communications Headquarters, Security Service, Secret Intelligence Service

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4(2) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li awtorità tal-Istat tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jibagħtu lis-servizzi ta’ sigurtà u ta’ ġbir ta’ informazzjoni data dwar it-traffiku u data dwar il-lokalizzazzjoni għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

    2)

    L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, moqri fid-dawl tal-Artikolu 4(2) TUE u tal-Artikoli 7, 8 u 11 u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li awtorità tal-Istat timponi, għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali, fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, l-obbligu ta’ trażmissjoni ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni ta’ data dwar it-traffiku u ta’ data dwar il-lokalizzazzjoni lis-servizzi ta’ sigurtà u ta’ ġbir ta’ informazzjoni.


    (1)  ĠU C 22, 22.01.2018.


    Top